Left arrow Go Back

L-ISTUDENTI MALTIN IT-TIENI FL-EWROPA GĦALL-ĦILA F’LINGWI BARRANIN

pr2199
Date Icon 08/10/2012

Studenti Maltin kienu klassifikati t-tieni fl-Ewropa għall-ħila tagħhom f’lingwi barranin wara li pparteċipaw fi stħarriġ kummissjonat mill-Kummissjoni Ewropea. L-Isvezja u Malta issemmew b’mod partikolari għall-ħiliet tal-istudenti tagħhom f’dak li hu t-tagħlim ta’ lingwi barranin. Fil-fatt Malta ġiet it-tieni fil-ħiliet tal-istudenti fl-ewwel lingwa barranija u r-raba’ fit-tieni lingwa barranija fejn l-Isvezja ġiet fl-aħħar post.

Minn dan is-survey ħareġ li 82% tal-istudenti Maltin li jistudjaw l-Ingliż bħala l-ewwel lingwa barranija tagħhom kisbu riżultat li poġġihom fil-Livell B1 jew B2 fuq l-iskala Ewropea filwaqt li 16% ġew fuq il-livelli A1 jew A2. Dawn ir-riżultati poġġew lill-istudenti Maltin it-tieni wara  l-istudenti Svediżi.

Malta ipparteċipat f’survey tal-Unjoni Ewropea – European Survey of Language Competencies – maħsub biex jiġbor informazzjoni dwar kompetenza tal-istudenti fl-aħħar sena tas-sekondarja, f’lingwi barranin.

Madwar 53,000 student minn sittax il-pajjiż differenti ħadu sehem f’dan is-survey.  Minn Malta kien hemm1075 tifel u 1200 tifla.  Fil-każ tal-Maltin l-istudenti kienu assessjati fuq l-Ingliż u t-Taljan li huma l-aktar żewġ lingwi barranin użati f’Malta. L-assessjar sar fuq tliet ħiliet għal kull lingwa – is-smiegħ, il-qari u l-kitba.

Il-ħiliet tal-istudenti kienu mkejla skont il-Common European Framework of References (CEFR) minn Livell A1 sa B2 fejn B2 hi l-ogħla marka filwaqt li l-anqas livell u A1.

L-istudenti Maltin kienu ttestjati għall-ħila tagħhom fl-Ingliż u fit-Taljan.  Fl-Ingliż, l-istudenti Maltin ġew it-tieni fost il-parteċipanti kollha fil-ħiliet tal-qari u s-smiegħ u l-ewwel għall-ħiliet fil-kitba bl-Ingliż.  Fil-fatt 62% tal-istudenti Maltin kisbu B2 li hi l-ogħla marka, ħarira inqas mill-Isvediżi li ġew l-ewwel.

Fit-test tas-smiegħ tal-Ingliż, 72% tal-Maltin kisbu marka B2 li tikkompara tajjeb ħafna mas-78% miksuba minn studenti Svediżi.  Għal dik li hi kitba tal-Ingliż kienu 47% tal-istudenti Maltin li kisbu B2 paragunat mad-29% tal-istudenti Svediżi.

Ir-riżultati miksuba huma bla dubju ta’ xejn frott tar-riformi edukattivi li qed isiru f’dawn l-aħħar snin inkluż l-użu tal-aħħar teknoloġija fit-tagħlim, flimkien mal-ħila u d-dedikazzjoni tal-għalliema tagħna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

More Press Releases Right arrow