STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU, L-KULTURA U L-AMBJENT
pr2180
05/10/2012
Il-Gvern jiddeplora il-kaċċa fuq il-fjamingi
Il-Ministeru għat-Turizmu, l-Kultura u l-Ambjent jiddeplora bl-aktar mod qawwi l-kaċċa fuq fjamingi li seħħet fis-Salini limiti ta’ San Pawl il-Baħar.
Il-kaċċa fuq tajr protett hija illegali, irresponsabbli u tmur kontra l-interess komuni ta’ pajjiżna. Il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Kultura u l-Ambjent qiegħed f’kuntatt mal-Korp tal-Pulizija sabiex tiġi intensifikata l-ħidma kontra din l-attività llegali. Il-Ministeru hu infurmat li l-Pulizija qegħda tinterroga xi nies b’rabta ma’ kaċċa illegali. Il-Ministeru jirreleva li dan l-aġir irresponsabbli jmur kontra l-interess ta’ min irid jippratika l-kaċċa legali.
Other Press Releases:
PR262022
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...
PR262021en