Left arrow Go Back

Xogħol Estensiv fl-Għarb b’fondi Ewropej akkwistati bl-għajnuna tal-MEUSAC

pr2175
Date Icon 04/10/2012

Il-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u Familja, l-Onor. Chris Said illum żar numru ta’ proġetti fl-Għarb, Għawdex li qed jiġu  ko-finanzjati mill-fond ERDF tal-Unjoni Ewropea.   

Il-proġetti jikkonċentraw prinċipalment fuq restawr ta' postijiet storiċi fil-lokalita tal-Għarb.  Barra ir-restawr fuq postijiet storici sar ukoll ħafna xogħol ieħor li jkompli jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti. 

Fost il-proġetti finanzjati mill-ERDF kien hemm ir-restawr tas-salib tal-pjazza li kellu ħsarat kbar.  Ma’ dan sar ukoll il-proġett tar-restawr tal-pjazza infisha fejn ix-xogħolijiet kienu jinkludu bdil tal-main tal-ilma u kostruzzjoni ta’ kanal għall-ilma tax-xita u għas-servizzi.  Dan il-kanal se jservi ukoll biex   is-servizzi kollha jgħaddu kollha minn taħt l-art. 

Il-proġett jinkludi pavimentar tal-pjazza bil-porfido, bankini ġodda, arloġġ tax-xemx, feature bl-ilma, u kiosk li twassal informazzjoni kontinwa kemm mill-aħbarijiet internazzjonali u kif ukoll avviżi tal-kunsill lokali.

Sar ukoll xogħol fuq l-arkata fi Triq Sdieri li hija triq sekondarja importanti ħafna fil-lokalita’ tal-Għarb, u xogħol fuq ħitan tas-sejjiegħ li filwaqt li jgħin ‘il bdiewa, jagħmel il-passiġġati fil-kampanja attrazzjoni akbar.

Grazzi għall-fondi mill-ERDF ġew restawrati wkoll il-Knisja taż-Żejt u l-kapella ta’ San Dimitri li restawr li kien jinkludi xogħol fuq iz-zuntier u l-bini ta’ post għal picnics.

Il-Ministru Chris Said qal li dawn il-proġetti ibbenefikaw minn finanzjament ta’ madwar Eur540,000 mill-Unjoni Ewropea.  Huwa faħħar ‘il Kunsill Lokali tal-Għarb għall-inizzjattivi li qed jiehu u qal li dan il-Kunsill huwa xempju ta’ kif il-kunsilli lokali qed jirnexxielhom isebbħu il-lokalita’ tagħhom,  u jagħmluha aktar attraenti għat-turizmu lokali u barrani.  

Chris Said qal li proġetti bġal dawn, barra li jkomplu joħorġu s-sabiħ u l-identita’ ta’ kull lokalita’, itejjbu l-kwalita’ tal-ħajja tar-residenti.

Il-Ministru Said qal li l-Kunsill Lokali tal-Għarb kien wieħed mill-aktar kunsilli li bbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea u dan grazzi wkoll għall-għajnuna li qed tiġi provduta mill-MEUSAC.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

More Press Releases Right arrow