Left arrow Go Back

IĊĊELEBRAT IL-JUM DINJI TAL-ANNIMALI – ADOPTION WEEKEND FIĊ-ĊENTRU TAL-GĦAMMIERI

pr2174
Date Icon 04/10/2012

Id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali fi tmiem il-ġimgħa ser jorganizza Adoption Weekend fiċ-ċentru tad-Dipartiment fl-Għammieri. Matul il-Jum tas-Sibt 6 u l-Ħadd 7 ta’ Ottubru, l-familji interessati li jaddottaw kelb huma mħeġġa jaslu saċ-ċentru biex jaraw il-klieb filwaqt li se jkun hemm numru ta’ stands b’informazzjoni dwar il-ħidma tad-Direttorat favur il-ħarsien tal-annimali. Fiċ-ċentru tal-għammieri se jkun hemm numru ta’ attivitajiet għall-familja kollha bejn l-10 ta’ filgħodu u l-4 ta’ wara nofsinhar kemm is-Sibt kif ukoll il-Ħadd. Il-familji huma mistiedna jġibu magħhom ukoll il-pets. 

F’din il-leġislatura l-Gvern ħadem bis-sħiħ favur il-ħarsien tal-annimali, f’dan is-settur fl-aħħar snin saru avvanzi kbar. Il-Gvern wera bis-sħiħ li hu impenjat bis-serjetà biex inħarsu l-annimali  tant li:

• twaqqaf Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali;

• inħolqot sistema ta’ ambulanza għall-annimali li taħdem 24 siegħa għal 7 ijiem fil-ġimgħa. is-servizz tal-ambulanza tal-annimali, ġabar ’l fuq minn 3,000 annimal ferut;

• ġew addottati madwar 1,500 kelb u qattus mill-familji Maltin u Għawdxin;

• sar neutering fuq madwar 2,000 kelb u qattus;

• sentejn ilu nfetaħ Ċentru San Franġisk għall-Ħarsien tal-Annimali. Ċentru li qed jagħti servizz ta’ kura 24 siegħa kuljum ħdud u festi nklużi. Ħafna  mill-każijiet daħlu fiċ-Ċentru matul il-ħinijiet bikrin ta’ filgħodu.  Dan juri kemm kien hawn bżonn f’pajjiżna Ċentru li jibqa’ miftuħ matul il-lejl 24 siegħa kuljum.  

• id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali ressaq u segwa mill-qrib 31 każ ta’ moħqrija ta’ annimali li ddaħlu l-Qorti. Każ f’dawn l-aħħar snin li kien seraq il-qlub ta’ kulħadd kien dak tal-kelba Star. Fiċ-ċentru ta’ San Franġisk sar monument għall-kelba Star biex jitwassal messaġġ kontra l-moħqrija tal-annimali, biex qatt aktar f’pajjiżna ma jseħħu atti ħorox bħal ma sofriet din il-kelba.   

• sar proċess fejn inħarġet liġi li tobbliga lil kull sid ta’ kelb biex kull kelb ikollu microchip. L-għanijiet prinċipali ta’ dawn ir-regolamenti hu;

• biex anqas persuni jabbużaw u jabbandunaw kleib meta jixbgħu minnhom;

• biex ikun hawn anqas periklu għas-saħħa pubblika minħabba tixrid ta’ mard mill-klieb;

• biex ikun hawn anqas attakki minn klieb abbandunati li jattakaw klieb u annimali oħra;

• biex tinħoloq database ċentrali b’reġistru sħiħ tal-informazzjoni kollha rigward il-klieb u s-sidien tagħhom.

B’dan l-eżerċizzju ġew microchipped ’l fuq minn 30,000 kelb.

• saru shelters għall-karozzini fil-Belt Valletta;

• ingħatat għajnuna lil Santwarji

• sar l-ewwel dog park f’ta Qali. Park li qed iservi biex familji li għandhom kelb ikunu jistgħu jieħdu l-kelb tagħhom f’dan il-Park fejn fih logħob varju għall-klieb;

• ingħataw 12 – il scholarship lil studenti biex jilħqu veterinarji.

Biex titrawwem fit-tfal imħabba dejjem akbar lejn dawn il-kreaturi, fil-ġimgħat li ġejjin se jkun inawgurat ukoll Petting Farm, li se jkun qed jikkonsisti f’post fejn it-tfal u l-familji jkunu jistgħu jiġu flimkien biex filwaqt li jgawdu minn ambjent mill-isbaħ, ikunu jistgħu jitgħallmu fuq l-annimali filwaqt li jkollhom ukoll iċ-ċans li jilagħbu magħhom. L-annimali li se jkun hemm f'dan il-Petting Farm jikkonsistu fi żwiemel, fniek, paguni, nagħaġ, mogħoż u tipi differenti t'għasafar.

Dan kollu juri kemm bil-fatti l-Gvern hu mpenjat u qed jaħdem bis-sħiħ favur il-ħarsien tal-annimali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

More Press Releases Right arrow