Left arrow Go Back

REKORD IEĦOR FIT-TURIŻMU - F’AWWISSU KIEN HAWN L-OGĦLA NUMRU TA’ TURISTI LI QATT ŻARU MALTA F’XAHAR WIEĦED

pr2167
Date Icon 04/10/2012

Fix-xahar ta’ Awwissu ġew Malta kważi 200,000 turist. Dan huwa l-akbarnumru ta’ turisti li qatt ġew Malta f’Awwissu. Aktar minn hekk huwa l-akbarnumru ta’ turisti li ġew Malta f’xahar wieħed kemm ilha tinżamml-istatistika.  Awwissu għalhekk ikompli fuq ix-xejra pożittiva li bdietminn April 2012. 

Statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li f’Awwissu 2012ġew Malta 199,430 turist, żieda ta’ 8,376 (+4.4%) turist fuq Awwissu 2011. Danhuwa l-ogħla numru ta’  turisti li qatt żaru Malta f’xahar wieħed,fl-istorja tat-turiżmu f’Malta. Anke fl-iljieli u n-nefqa reġistrati f’Awwissu2012, pajjiżna kellu riżultati rekord.  It-turisti li żaru Malta f’Awwissu2012 qattgħu 2,097,790 lejl li jfisser żieda ta’ 187,683 (+9.8%) lejl fuqAwwissu 2011 u nefqu aktar minn €225 miljun li tfisser żieda ta’ aktar minn€15,-il-miljun fuq Awwissu tas-sena l-oħra. Dawn ir-riżultati pożittivi jfissrukummerċ għall-lukandi, guesthouses, u servizzi ta’ akkomodazzjoni,għar-ristoranti kif ukoll aktar xogħol għal gwidi u għax-xufiera tat-taxis udawk li joffru servizz ta’ trasport għat-turisti. Dawn ir-riżultati jfissru wkollaktar kummerċ għas-sidien ta’ diversi ħwienet u negozji u l-ħolqien ta’ aktarimpjiegi f’pajjiżna. 

L-istatistika tal-NSO turi li pajjiżna qed ikollu riżultati pożittivi fitlett indikaturi ewlenin tas-settur turistiku u fil-fatt l-ewwel tmien xhur ta’din is-sena kienu rekord għas-settur turistiku kemm fl-ammont ta’ turisti,fl-iljieli li qattgħu Malta u anke fin-nefqa tagħhom f’pajjiżna. L-istatistikatal-NSO turi li fil-perjodu bejn Jannar u Awwissu 2012 ġew f’pajjiżna 981,286turist, li jfisser żieda ta’ 7,378 turist fuq l-ewwel tmien xhur tas-sena li għaddietli kienet sena rekord. Dawn qattgħu 8,463,284 lejl f’pajjiżna li jfisser żiedata’ 474,416 (+5.9%) lejl fuq il-perjodu Jannar-Awissu 2011 u nefqu aktar minn€908 miljun li jfisser żieda ta’ aktar minn €56  miljun fuq l-ewwel tmienxhur tas-sena li għaddiet. 

Dawn ir-riżultat jsaħħu l-ekonomija ta’ pajjiżna u huma frotttal-koperazzjoni bejn id-diversi stakeholders u l-ħaddiema li jaħdmudirettament jew indirettament fis-settur turistiku. Il-Gvern jibqa’ impenjat lijsaħħaħ is-settur turistiku li huwa pilastru ewlieni tal-ekonomija ta’ Malta uli l-investiment fih wassal biex fl-aħħar ħames snin, pajjiżna kellu erba’ sninrekord. Ir-riżultati pożittivi matul din is-sena jkomplu jibnu fuql-istrateġija mħaddna fl-aħħar snin li kienet ibbażata fuq investiment fil-prodott,l-aċċessibilita’ u l-promozzjoni effettiva. Il-Gvern qed isegwi wkollil-proposti tal-Politika tat-Turiżmu (2012-2016) li tagħti direzzjoni lil danis-settur li r-riżultati pożittivi minnu jissarrfu f’kummerċ għan-negozjilokali, fil-ħolqien tax-xogħol għall-famiji Maltin u f’ekonomija iktar b’saħħitha. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Disa’ persuni b’diżabilità jiksbu ħiliet ġodda għal aktar indipendenza u opportunitajiet ta’ xogħol

PR262022

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Disa’ persuni b’...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Mediterranean Tourism Foundation meets the Speaker of the House of Representatives Carmelo Abela

PR262021en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Mediterranean Tourism Found...

More Press Releases Right arrow