Left arrow Go Back

SUMMER ADVENTURE PROGRAMME

pr2012
Date Icon 14/09/2012

F’Lulju ta’ 2012 ġie mniedi proġett pilota “Summer Adventure” mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard f’ kollaborazzjoni  mal-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli.

Dan il-proġett huwa parti minn kampanja, li l-Ministeru tas-Saħħa dawn l-aħħar snin b’għajnuna tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas- Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard qed jaħdem b’entużjażmu u bla waqfien, biex iżid l-għarfien, dwar stili ta’ ħajja tajba li twassal għal titjieb ta’ saħħa fiżika u mentali. Din il-kampanja qed tingħata l-importanza meħtieġa minħabba li l-obeżità hi l-isfida kurrenti tas-saħħa.  Ir-rata ta’ l-obeżità fost it-tfal u l-adulti hija allarmanti. L-obeżità kif ukoll stili ta’ ħajja b’nuqqas ta’ eżerċizzju iwasslu għal problemi ta’ saħħa.

Skont l-Istħarriġ dwar l-Imġieba relatata mas-Saħħa Fost it-Tfal tal-Iskola (HBSC) li sar f'2010 jindika li l-adolexxenti ta' etajiet bejn il-11, it-13 u l-15-il sena għandhom piż żejjed u r-rata żdiedet mill-2006. L-istess data tal-HBSC tal-2010  turina li ż-żieda fir-rata ta' piż żejjed u l-obeżità tidher

aktar evidenti fost is-subien (41.3%) ta' 11 il-sena meta mqabbla mal-bniet tal-istess età (26.3%). Il-persentaġġ baqa' l-istess fl-etajiet fost il-bniet; filwaqt li r-rata tal-piż żejjed fost is-subien niżlet għal 28.2% fost is-subien ta' 15-il sena.

Stil ta' ħajja tajba tinvolvi ikel bnin, u l-prattika ta' eżerċizzju fiżiku regolari u tul il-ħajja. L-attività fiżika tgħin biex jinżamm piż tajjeb. Il-benefiċċju ma huwiex biss fiżiku, iżda ukoll psikoloġiku. Riżultat ta' hekk tiġi mtejba l-awto-stima fost iż-żgħażagħ.

L-Onor. Dr Joe Cassar qal: “Is-Summer Adventure huwa program ta' attivitajiet għal żgħażagħ ta' bejn l-età ta' 13 u 15 il-sena. Dan il-programm ġie maħsub biex irawwem dawn iż-żgħażagħ fi stili ta’ ħajja tajba.”

Huwa kompla, “Intom bħala żagħżagħ għandkom bank b'kont kurrenti ta' enerġija u dawn l-attivitajiet ġew magħżulha biex jagħtukom ideat ta’ kif wieħed jista' isarraf din l-enerġija f' saħħa. Ta' kull ġimgħa ġiet organizzata attività li tirrigwarda l-użanzi u l-kultura tal-ikel. Dawn varjaw minn diskussjonijiet għall-logħob u sessjonijiet ta' tisjir.”

L-attivitajiet kienu varji, kemm fuq l-art, kif ukoll fil-baħar, Kif wkoll attivitajiet li wieħed jista' jaqbad u jagħmilhom waħdu, jew f'forma ta' sport organizzat. Ftit mill-isport li saru kienu canoeing u għawm, climbing, boxing, tang su do, u trekking fost oħrajn.

L-Onor. Dr Joe Cassar għalaq hekk: “Il-Ministeru tagħna, id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard flimkien mall-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli jawguraw li intom bħala żgħażagħ tużaw dak li tgħallimtu għall-ħajja tagħkom ta' kuljum, kif wkoll li titħajjru u li tibqgħu tipprattikaw wieħed minn dawn l- attivitajiet li kellkom l-opportunità li tippruvaw matul is-sena kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

More Press Releases Right arrow