STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għall-konferenza stampa tal-Kelliem tal-Opposizzjoni l-Onor. Agius Decelis.
Il-Ministeru jinnota li kull darba li jitkellem l-Onor Agius Decelis fuq is-settur argrikolu, jiżbalja u juri kemm hu maqtugħ mir-realtajiet tas-settur.
Dwar l-apparat tal-grading għal Pitkalija, l-Onor Agius Decelis huwa żbaljat u ma jafx li din il-magna nxtrat u ingħatat lil għaqda tal-produtturi tal-bdiewa biex titħaddem minnhom.
L-Onor Agius Decelis lanqas ma hu konxju dwar il-każ tal-Pitkali Crates. Kieku l-Onor Agius Decelis irid verament il-ġid għal bdiewa u jaf eżattament x’qed jiġri, missu tkellem dwar l-istat ħażin li kienu jinżammu l-kaxxi qabel ma l-Gvern intervjena biex illum il-bdiewa jġorru l-prodotti tagħhom f’kaxxi nodfa. Il-Ministeru jiddubita jekk l-Onor Agius Decelis qattx ra l-kaxxi tal-bdiewa kif kienu jinżammu qabel intervjena l-Gvern.
Dwar il-proġett marbut mal-esportaturi tal-patata, l-Onor Agius Deċelis ma jafx li l-Gvern identifika art u fuqha diġa ġab il-permessi neċessarji biex jinbnew tined ġodda, biss il-Gvern għandu alternattiva oħra f’idu li qed jevalwaha qabel ma tittieħed deċiżjoni finali biex din tkun verament fl-aħjar ineteress tal-produtturi tal-patata.
Dwar ir-riforma tal-Pitkalija l-Gvern sal-lum:
1. issottometta applikazzjoni għal fondi tal-Unjoni Ewropea ħalli jitwettaq programm pilota biex janalizza sistemi ġodda fl-operat tal-Pitkalija bi sħab mal-koperattiva tal-bdiewa (l-FCCS);
2. għaddej xogħol infrastrutturali fejn diġa nbidlet tinda fejn saret waħda ġdida u moderna;
3. beda l-proċess biex jibda l-pjan tal-uċuħ tar-raba; u
4. qed isiru l-aħħar tħejjijiet ħalli jiddaħħlu proċessi aktar trasparenti ħalli l-bidwi jitħallas ta’ xogħlu. Ix-xogħol infrastrutturali, ristrutturar u s-sitema tal-IT biex issir ir-riforma fil-Pitkalija hu stmat li jiġi jiswa madwar €6 miljun.
Il-prinċipji li bihom il-Gvern qed jimxi biex issir ir-riforma fil-Pitkalija huma biex: l-bidwi jikseb valur xieraq u adattat għall-prodott tiegħu li jkun marbut ma’ grading; li l-bidwi jkun jaf x’qed isir mill-prodott tiegħu; u li r-rwol tal-pitkal ikun dak ta’ sensar.
L-Onor Agius Decelis għandu jgħid jekk jaqbilx mar-riforma tal-Pitkalija ?
Is-settur agrikolu f’pajjiżna qed jitrasforma ruħu b’mod li fl-aħħar snin sar l-akbar investiment fis-settur agrikolu permezz tal-fondi tal-iżvillupp Rurali tal-Unjoni Ewropea. Il-bdiewa ngħataw għajnuna sa 50% fuq l-investiment propost. Sal-lum, f’miżura waħda biss, kien hemm ‘l fuq minn €50 miljun ta’ investiment propost mill-bdiewa, liema investiment nofsu jrid joħorġu l-bidwi stess. Dan hu altru milli ċetifikat ta’ fiduċja.
Li kien għall-Onor. Agius Decelis u sħabu, bil-parternship li riedu jdaħħlu flok is-sħubija fl-Unjoni Ewropea, l-bidwi kien ikun miftuħ għas-suq ħieles xorta bid-differenza li ma jkunx eleġibbli u ma jingħatax ċenteżmu t’għajnuna mill-Unjoni Ewropea. B’hekk il-prodott tal-bidwi Malti kien ikollu jikkompeti mal-prodott ta’ barra, minghajr ma jkun mgħejjun isaħħah lilu nnifsu biex jiffaċja l-kompetizzjoni.
Other Press Releases:
PR262020en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...
PR262020