STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-AFFARIJIET BARRANIN
Il-Gvern Malti jikkundanna kategorikament l-attakk imdemmi li seħħ fuq il-konsulat Amerikan f’Benghazi fejn tilfu ħajjithom erba’ uffiċjali diplomatiċi Amerikani, fosthom l-abbli ambaxxatur Amerikan għall-Libja, Christopher Stevens.
Il-Gvern Malti jesprimi s-solidarjeta sħiħa tiegħu mal-familji tal-vittmi u mal-awtoritajiet Amerikani għal dan l-attakk.
Il-Gvern Malti jinsab konvint li dan l-attakk terroristiku m’għandu bl-ebda’ mod ixejjen il-proċess demokratiku li qiegħed jitwettaq b’kuraġġ mill-poplu Libjan sabiex tinkiseb il-libertà wara ‘l fuq minn 40 sena ta’ dittatura u oppressjoni. Għal kuntrarju, il-Gvern Malti jemmen li dan għandu jservi sabiex il-moviment demokratiku li tnissel permezz tal-ewwel elezzjonijet demokratiċi jkompli jissaħħaħ sabiex jingħelbu l-forzi vjolenti li qegħdin jgħedduhom.
Il-Gvern Malti huwa konvint li l-awtoritajiet Libjani sejrin jaħdmu bis-sħiħ sabiex jinqabdu dawk responsabbli minn dan l-attakk u jiġu mressqa quddiem il-Qrati.
Other Press Releases:
PR262020en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...
PR262020