Left arrow Go Back

IL-GVERN IKOMPLI JGĦIN FIT-TWETTIQ TA’ PROĠETTI TAL-KUNSILLI LOKALI B’FONDI MILL-UE

pr1975
Date Icon 12/09/2012

Tmien proġetti tal-Kunsilli Lokali b’valur komplessiv ta’ €3.3 miljun li nkisbu mill-Unjoni Ewropea, se jkunu finalizzati grazzi għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Gvern Malti permezz tal-Fond ta’ Ko-Finanzjament għall-Kunsilli Lokali.  Permezz ta’ dan il-fond imħaddem mill-Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja, il-Gvern qed jgħaddi kwart ta’ miljun ewro oħra sabiex jgħin fit-tlestija tal-istess proġetti.

Id-dettalji ngħataw mill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja Chris Said waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret f’Peacock Gardens fil-Belt Valletta, proġett tal-Kunsill Lokali tal-Belt li qed jiġi megħjun permezz tal-Fond ta’ Ko-Finanzjament.  Peacock Gardens jinsab fuq in-naħa ta’ Marsamxett u l-proġett hu maħsub sabiex jgħin fir-riġenerazzjoni ta’ dawn l-inħawi u sabiex itejjeb il-prodott turistiku tal-belt kapitali Maltija.

Il-Ministru Chris Said qal li l-Gvern hu impenjat li jkompli jgħin aktar Kunsilli Lokali fit-twettiq ta’ proġetti b’finanzjament Ewropew li permezz tagħhom itejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħhom. Bejn l-2009 u l-2012, il-Gvern għen billi għadda aktar minn miljun ewro sabiex jgħin fit-twettiq ta’ 50 proġett tal-Kunsilli Lokali li għalihom inkisbu aktar minn €18-il miljun mill-programmi Ewropej.

Il-Ministru Chris Said u l-Kap tal-MEUSAC Vanni Xuereb spjegaw li l-Fond ta’ Ko-Finanzjament għall-Kunsilli Lokali qed jilħaq l-iskop ewlieni tiegħu: dak li jgħin lill-Kunsilli Lokali jiffinanzjaw il-parti ta’ ko-finanzjament meta jakkwistaw fondi mill-Unjoni Ewropea biex iwettqu proġetti li jkunu ressqu huma. Dan għaliex meta Kunsill Lokali jissottometti proġett għall-finanzjament taħt wieħed mill-programmi tal-Unjoni Ewropea, dan ikun jaf sa mill-bidu nett li jkun jista’ jakkwista sa 85 fil-mija tat-total tal-proġett. Dan ifisser ukoll li l-Kunsill Lokali jkun irid joħroġ il-bqija. B’xorti ħażina, sa ftit tas-snin ilu, ħafna ideat u proġetti tajbin kienu qed isiru b’diffikulta’ kbira għaliex għal numru ta’ Kunsilli Lokali Maltin mhux faċli jipprovdu l-bqija tal-finanzjament. Kien propju għal din ir-raġuni li l-Gvern kien waqqaf il-Fond ta’ Ko-Finanzjament tal-Kunsilli Lokali li permezz tiegħu il-Kunsilli Lokali jingħataw għajnuna finanzjarja li tkun tkopri parti sostanzjali minn dawk il-15 fil-mija li jkunu jridu joħorġu huma sabiex iwettqu l-proġett b’suċċess.

Is-Sindku tal-Belt Valletta Alexiei Dingli spjega l-viżjoni tal-Kunsill Lokali għat-titjib tal-inħawi ta’ Marsamxett. Hu qal li l-proġetti qed isiru biex itejbu l-aċċessibilita’ għat-turisti, biex titjib il-kwalità tal-ħajja tar-residenti, u biex fl-istess ħin jippromwovu l-wirt kulturali u storiku tal-belt kapitali Maltija.

L-entitajiet lokali li ngħataw fondi waqt l-attività ta’ dalgħodu jinkludu l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali b’żewġ proġetti msemmija HENCE u SIBIT u l-Fondazzjoni Gal Xlokk għal eżerċizzju ta’ branding tar-reġjun ta’ Malta li hi responsabbli għalih.  Il-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Tarxien, il-Belt Victoria, il-Belt Valletta u l-Isla qed iwettqu proġetti dwar turiżmu sostenibbli jew turiżmu kulturali, filwaqt li l-proġett tal-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid jinvolvi inizjattivi ta’ taħriġ sabiex jgħin residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jintegraw ruħhom aħjar fid-dinja tax-xogħol.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

More Press Releases Right arrow