STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-KUNTRATTI
Il-Qorti sabet kuntrattur li qiegħed jagħti servizz lil diversi Dipartimenti tal-Gvern ħati li ma ħallasx kif suppost lil xi wħud mill-ħaddiema tiegħu. Dan bi ksur tal-Att dwar ir-Relazjonijiet Industrijali u tal-Impjieg. Il-Gvern kien diġà għamilha ċara f’diversi okkażjonijiet li ma kienx se jittollera ksur ta’ liġijiet speċjalment abbużi mill-ħaddiema.
Dawn l-inċidenti ġraw fil-perjodu bejn Ġunju u Diċembru 2011. Din l-imġieba hija meqjusa bħala ksur tal-kundizjonijiet ġenerali tal-kuntratti pubbliċi li tista’ twassal għat-terminazzjoni tal-kuntratt minn naħa tad-Dipartimenti tal-Gvern.
Għal dan il-għan, id-Dipartiment tal-Kuntratti qiegħed jingħata struzzjonijiet biex immedjatament jikkoordina ħidma biex jiġu tterminati l-kuntratti kollha li kien hemm ma’ dan il-kuntrattur fil-perjodu li seħħew dawn l-abbużi.
Il-kuntratturi l-ġodda se jintalbu jimpjegaw il-ħaddiema kollha li kienu allokati minn Kavallier Security Services Ltd għall-eżekuzzjoni tal-kuntratti rispettivi. It-transizzjoni tas-servizzi mogħtija għandhom isiru fi żmien xahar mill-avviż ta’ terminazzjoni.
Other Press Releases:
PR262020en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...
PR262020