Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1969
Date Icon 11/09/2012

Fl-aħħar jumejn il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, George Pullicino pparteċipa fil-Laqgħa tal-Ministri għall-Agrikultura u s-Sajd waqt diskussjoni dwar l-isfidi għall-agrikoltura marbuta mat-tibdil tal-klima, skarsezza ta’ ilma u abbandun tal-art.

Il-Ministru qal li t-tibdil tal-klima qed ikollu effett globali u għandu implikazzjonijiet għal pajjiżi kollha. Aktar minn qatt qabel l-Istati Membri u l-partijiet interessati kollha jeħtieġ jikkoperaw għall-iskambju ta’ teknoloġiji ġodda għall-produzzjoni agrikola li timminimizza l-konsum tal-ilma.

Huwa tkellem dwar  il-bżonn ta’ aktar investimenti f’sistemi għat-tisqija tal-uċuħ tar-raba’ kif ukoll dwar l-importanza tat-trattament tad-drenaġġ għall-produzzjoni tal-ilma għat-tisqija speċjalment fil-pajjiżi tal-Mediterran. F’dan ir-rigward pajjiżna qed iwettaq sforzi kbar permezz tal-bini tal-impjanti għat-trattament tad-drenaġġ u infrastruttura biex l-ilma trattat jitwassal lill-bdiewa.

Il-Ministru saħaq ukoll dwar l-importanza li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed flessibiltà fil-fondi allokati lilhom mill-EU biex il-bidwi jkun jista’ jwettaq l-investimenti meħtieġa biex jiggarantixxu lilu dħul xieraq u b’hekk ikun jista’ jżomm l-atttività tiegħu.

Il-Ministru tenna r-rwol importanti tal-attività li jwettqu l-bdiewa u r-raħħala mhux biss għall-produzzjoni agrikola imma wkoll għaż-żamma tal-ambjent u l-pajsaġġ rurali f’Malta.

Matul iż-żjara f'Ċipru l-Ministri Ewropej ttieħdu wkoll jaraw postijiet ta' produzzjoni agrikola u setgħu jaraw ir-realtajiet diffiċli ta' pajjiż Meditterran bi skarsezza tal-ilma. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

More Press Releases Right arrow