Left arrow Go Back

IL-VIĊI PRIM MINISTRU DR. TONIO BORĠ FI ŻJARA MAL-PRESIDENT MURSI TAL-EĠITTU

pr1963
Date Icon 11/09/2012

Fuq inizjattiva tal-Minsitru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg ġie iffurmat Grupp Quadro ta` erba pajjiżi Mediterraneji membri tal-Unjoni Ewropeja biex jiko-ordinaw ħidmiethoma aħjar dwar kwestjonijiet li jolqtu il-Mediterrann, l-iktar wara l-iżviluppi li graw fl-Afrika ta`Fuq .

Dan il-Grupp hu iffurmat minn  Malta, Italja, Greċja u Ċipru.

L-ewwel attivita` ta`dan il-Grupp, li ġie ffrumat wara li il-Ministru Tonio Borg kellu laqgħat mal-Ministri ta` dawn it-tliet pajjiżi, kienet żjara lill-President il-ġdid tal-Eġittu Mohammed Mursi li għadu kif ġie elett ftit ta` ġimghat ilu.

L-erba` Ministri ċioe` il-Ministru Tonio Borg (Malta) il-Ministru Giulio Terzi (Italja) il-Ministru Erato Kozakou-Marcoullis (Cipru) u il-Ministru Dimitris Avramopoulos (Grecja) iltaqghu mal-President Mursi nhar il-Hamis 6 ta` Settembru 2012 fil-Palazz Presidenzjali fil-Kajr. 

Is-suġġetti diskussi mal-President Mursi kienu is-sitwazzjoni fl-Eġittu, il-gwerra u vjolenza fis-Sirja u il-kwestjoni tal-Palestina.

Il-President Mursi talab lill-Ministri Ewropej sabiex jibsgħtu il-messaġġ illi l-Egittu l-ġdid huwa sigur għal investiment u turiżmu u illi l-appoġġ lejn l-Eġittu ma għandux ikun biss politiku iżda wieħed konkret.

Dwar is-Sirja, il-President Egizzjan kien iebes fil-pożizzjoni tiegħu illi dan id-diżastru umanitarju ma jisatx ikompli b`nies jinqatlu kuljum; hu esprima il-fehma illi hemm possibilita` illi il-mexxejja preżenti  jirtiraw mix-xena waħedhom u paċifikament biex ikun tmexxija ġdida iżda li din l-opportunita` ma hix miftuħa għal dejjem.  Għal dan l-iskop l-Eġittu se jieħu inzijattiva flimkien mat-Turkija, Iran u Saudi Arabia biex jara jistax ikun hemm soluzzjoni paċifika qabel ma jkun tard wisq,

Dwar id-drittijiet tal-Palestinjani, il-President Eġizzjan filwaqt li reġa` afferma il-pożizzjoni ta` pajjiżu li se jibqa` jonora il-ftehim internazzjonali li saru mal-Israel dwar il-Lvant Nofsani, talab l-appoġġ tal-Ewropa għal titjib fl-istatus tal-Awtrorita` Palestinajna fin-Nazzjonijiet Uniti.  Huwa tarraf lill-Ministri Ewropej illi matul dis-sena l-Awtorita` Palestinajna kienet se tippreżenta Risoluzzjoni sabiex l-istatus tagħha fil-UN jigi mgħolli għal dak ta` non-member state.

Fil-laqgħa f`Ċipru fid-7-8 ta` Settembru f’Paphos , il-Ministru Tonio Borġ għan-nom tal-Quadro Group irrapporta dwar din iż-żjara lill-Kunsill Informali tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ewropa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS  Malta and Germany discuss European security and closer bilateral cooperation

PR262020en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ  Malta u l-Ġermanja jiddiskutu s-sigurtà Ewropea u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi

PR262020

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ Malta u l-Ġer...

More Press Releases Right arrow