STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ - Rappurtaġġ qarrieqi mill-ġurnal kulħadd
Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura il-Komunità jikkundanna bla riżervi artiklu irresponsabbli li ġie ppublikat bi prominenza fil-ġurnal Kulħadd.
Il-Ministru Cassar kategorikament jiċħad li l-Ministru qatt ippubblika ritratt li b’xi mod kien intiż li joffendi lill xi ħadd, jew lill-Dott Muscat.
Ir-rappurtaġġ qarrieqi tal-ġurnal huwa mikxuf mill-fatt li l-eluf ta’ persuna li jużaw il-Facebook ilkoll jafu li kull min irid jista’ jagħmel tag ta’ persuna fuq kwalunkwe ritratt, u dan jidħol awtomatikament fir-ritratti tal-persuna konċernata.
Hija tassew ħasra li l-ġurnal waqqa’ l-ġurnaliżmu f’livell daqshekk baxx biex jattakka lill-Ministru Joe Cassar b’mod personali.
Sadattant l-istess ġurnal ħass li l-fatt li l-bieraħ il-WHO reġjun Ewropew qalet li Malta hija t’ eżempju għall-pajjiżi Ewropej kollha, ma kienitx aħbar li kien jixraqilha post, imqar żgħir, f’ġurnal ta’ 40 paġna!
Other Press Releases:
PR262020en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AND EUROPEAN AFFAIRS Malta and G...
PR262020