IS-SETTUR TAL-MANIFATTURA JKOMPLI JINVESTI U JOĦLOQ AKTAR JOBS – IL-KUMPANIJA RAESCH QUARTZ TKOMPLI TINVESTI F’PAJJIŻNA BL-GĦAJNUNA TA’ INĊENTIVI FAVUR L-INDUSTRIJA
Is-settur tal-manifattura qed ikompli juri fiduċja fl-ekonomija ta’ pajjiżna, u bl-għajnuna tal-inċentivi tal-Gvern kif ukoll tal-fondi Ewropej, qed jattira aktar investiment u jobs f’pajjiżna. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech wara żjara fil-fabbrika Raesch Quartz, fil-Mosta Technopark, fejn iltaqa’ ma’ numru ta’ ħaddiema fuq il-lant tax-xogħol.
Il-Ministru Fenech faħħar il-kwalità tax-xogħol u l-impenn tal-ħaddiema tal-kumpanija Raesch Quartz li tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ prodotti ta’ preċiżjoni għolja tal-quartz, li ġiet ċertifikata mill-mother company tagħha bħala l-aktar profitabbli fost il-fabbriki differenti ta’ din il-kumpanija. Huwa faħħar ukoll il-flessibbiltà fuq il-post tax-xogħol, li qed jippermetti lil numru ta’ ħaddiema nisa jkunu impjegati ma’ din il-kumpanija kemm full time kif ukoll part time. F’pajjiżna llum hawn 50,000 mara tahdem full-time – zieda ta’ kwazi 14,000 fuq l-1998. In-nisa jahdmu part-time żiedu b’14,000 ohra. Il-partecipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xoghol zdiedet minn 35% fl-1998 ghal 44% - waħda mill-aktar żidiet fl-Ewropa.
Il-ħolqien tax-xogħol fis-settur tal-manifattura qed iwassal biex aktar persuni qed jaħdmu bi qligħ, kif ikkonfermat din il-gimgha mill-NSO, li turi li aktar minn 150,700 persuna issa qed jaħdmu bi qligħ, żieda ta’ 1.4% fuq April tas-sena li għaddiet.
Il-Ministru Fenech qal li filwaqt li nistgħu nitkellmu fuq is-suċċess li ksibna f’setturi ġodda, bħas-servizzi finanzjarji, gaming u l-informatika, kompla jissahhah is-settur tal-manifattura. “Għalhekk ħloqna skemi finanzjarji – kemm b’fondi lokali kif ukoll tal-UE ghall-fabbriki biex jinvestu aktar, jipproducu aktar u jesportaw aktar u b’hekk joholqu aktar impjiegi”.
Il-Ministru Fenech kien muri wkoll makkinarju innovattiv, li l-kumpanija investiet fih fl-aħħar xhur grazzi għall-għajnuna mill-Iskema “Innovazzjoni”, waħda mill-iskemi ko-finanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF)u amministrata mill-Malta Enterprise. Raesch kienet waħda minn 570 fabbrika jew kumpanija li qasmu bejniethim 42 miljun ewro f’fondi mill-ERDF li fissru investiment ta’ 78 miljun ewro. Permezz ta’ din l-għajnuna ewro ġiet żviluppata sistema li t-tnaqqas it-telf ta’ merkurju mill-UV water treatment lamps li jżid il-lifetime ta’ dawn il-lampi b’80%.
Il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment kien akkumpanjat mil-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, Dr Sue Vella.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017