Left arrow Go Back

INIZJATTIVA OĦRA FAVUR L-ISTUDENTI

pr1920
Date Icon 06/09/2012

Il-Gvern jippreżenta riżoluzzjoni biex il-Medical School tgħaddi f’idejn il-Kulleġġ Santu Wistin biex l-istudenti jiżdiedu b’400 oħra

Dalgħodu l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, l-Onor. Jason Azzopardi għadda lill-Parlament, Riżoluzzjoni dwar trasferiment ta’ propjeta li l-Gvern qed jipproponi li jgħaddi lill-Provinċja Maltija tal-Patrijiet Agostinjani,  biex fuq is-sit li kien il-Medical School fil-Pieta’ ikunu jistgħu jibdew jattendu studenti tal-primarja tal-Kulleġġ Santu Wistin.

Il-Gvern qed jipproponi li jgħaddi l-bini tal-Medical School lill-Provinċja Maltija tal-Patrijiet Agostinjani sabiex dan is-sit ikun jista’ jiġi addattat jew żviluppat biex il-Kulleġġ Santu Wistin tal-Pieta jilqa’ fih aktar studenti.  Ir-riżoluzzjoni ġiet ippreżentata wara li ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ partijiet.

F’din il-parti l-ġdida se jkun hemm 400 student gdid ieħor. B’hekk fil-Kulleġġ Santu Wistin ikunu jistgħu jibdew jattendu 800 student fil-livell primarju u sekondarju.

Il-Gvern qed jipproponi li jagħti b’ċens temporanju għal perjodu ta’ 99 sena, l-binja li qabel kienet tintuża bħala l-Medical School f’Tal-Pieta sabiex minn naħa tagħhom, il-Patrijiet Agostinjani jkunu jistgħu jiżviluppawha fi skola skont il-bżonnijiet tal-istudenti.  Din il-binja se tkun tista’ tiġi zviluppata fi skola u faċilitajiet oħra bħal dawk rikreattivi u sportivi. Il-binja tkopri 2,177 metru kwadru.  Se jkun jista’ jsiru użu wkoll mill-Car Park ta’ quddiem il-Medical School. Qed jiġi propost li l-Provinċja tħallas kera ta’ €1,000 fis-sena għal din l-art. 

Il-Ministru Jason Azzopardi qal din hija deċiżjoni oħra tal-Gvern għal ġid tal-istudenti u turi l-impenn tal-Gvern favur il-pluraliżmu fl-edukazzjoni.  Il-Gvern, permezz ta’ din ir-Riżoluzzjoni,  qed jassisti lill-Provinċja Aġostinjana fl-edukazzjoni tat-tfal għaliex irid isaħħaħ il-kontribut li l-Knisja qed tagħti fl-edukazzjoni tat-tfal.  Il-Gvern jemmen li l-ġenituri għandhu jkollhom l-għażla f’liema skejjel huma jibgħatu lit-tfal tagħhom.  Għalhekk il-Gvern filwaqt li jipprovdi l-edukazzjoni ta’ l-ogħla kwalita’ fl-iskejjel pubbliċi u jinvesti €6,000 fis-sena fuq kull tifel u tifla tal-iskola, qed jgħin lill-ġenituri tal-iskejjel tal-Knisja billi jagħti għotja kull sena lill-iskejjel tal-Knisja biex fost l-oħrajn, jitħallsu l-għalliema; u qed jgħin lill-ġenituri li jibgħatu t-tfal tagħħhom fi skejjel privati billi jagħtihom tnaqqis fl-income tax.

Il-Patrijiet Agostinjani qed jikkommettu ruħhom li jinvestu ta’ l-inqas miljun Ewro fuq il-proġett, li x-xogħlijiet fuqu mistennija jibdew fi żmien għaxar gimgħat minn mindu jinħareġ il-permess mill-MEPA.

Il-Provinċja Maltija tal-Patrijiet Agostinjani qed jaqblu li jagħtu b’ċens il-propjeta tagħhom li fuqha kienu se jibnu l-estenjoni f’tal-Pieta lill-Gvern għal perjodu ta’ 99 sena, bil-ħlas ikun ta’ €900 fis-sena. Minn naħa tiegħu, il-Gvern jobbliga ruħu li jerġa jagħti lura b’subċens lill-Agostinjani l-art fejn l-Agostinjani kienu se jibnu l-estensjoni, bil-kundizzjoni li fuq din l-art ma jkunx jista’ jsir żvilupp.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow