Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA

pr1889
Date Icon 03/09/2012

Allegazzjonijiet foloz tal-Oppożizzjoni 

Il-konklużjonijiet tar-rapport tal-Bord Investigattiv li ġie appuntat biex jinvestiga l-allegazzjoni li għamel l-Onor. Leo Brincat kienu ċari. Dak li allega l-Onor. Brincat ma seħħx, jiġifieri:

Mhux vera li l-Wasteserve kienet qiegħda taċċetta għall-ħruq fl-inċineratur tal-Marsa karkassi ta’ annimali li setgħu kienu infettati bil-foot and mouth disease mill-Afrika ta’ Fuq; u 

Mhux vera li kien hemm xi komplott biex dan l-allegat jinżamm mistur mill-pubbliku għax dan l-alleggat każ fil-fatt ma seħħx. 

L-Onorevoli Brincat missu jagħżel it-triq onorabbli u jammetti li żbalja meta ħareġ fil-pubbliku informazzjoni żbaljata u allarma l-pubbliku għalxejn. Hekk titlob ir-responsabbilità. B’informazzjoni żbaljata f’idejh, l-Onor. Brincat ħareġ jagħmel akkużi mhux veri fil-pubbliku li setgħu kellhom konsegwenzi koroh fuq l-industrija tal-produtturi tal-laħam u fuq it-turiżmu fost l-oħrajn. Forsi l-Onor. Brincat ħass li kien iżjed importanti li jipprova jiskredita lill-MEPA milli jfittex il-verità.

Issa li l-Bord Indipendenti skredita l-allegazzjoni tal-Onor. Brincat, l-Onor. Brincat qiegħed jipprova jiskredita lill-Bord filwaqt li jkompli jagħmel allegazzjonijiet bla bażi. Dan huwa nuqqas serju min-naħa tal-Onor. Brincat u tal-Oppożizzjoni li juri biċ-ċar li anke meta jinqabdu fiż-żball flok jammettu l-iżball ikomplu jgħaffġu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow