Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA’ MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR

pr1885
Date Icon 03/09/2012

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur tiċħad allegazzjonijiet li l-ħaddiema tagħha qed jaħdmu f’post perikoluż

B’referenza għal dak li qal is-Sur Cory Greenland, Segretarju tat-Taqsima Professjonisti, Finanzi u Servizzi tal-GWU f’gazzetta lokali llum, li l-ħaddiema tal-Awtorità qed jaħdmu f’riskji u perikli fuq il-post tax-xogħol tagħhom, l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur tiċħad li dan huwa l-każ. L-Awtorità dejjem ssalvagwardjat l-interessi tal-ħaddiema tagħha u offritilhom s-sigurtà meħtieġa fuq il-post tax-xogħol.

Konxja minn dan kollu, kif ukoll mil-fatt li hemm saqaf tal-asbestos fil-viċinanza;malli daħlet fl-uffiċċji ġodda tagħha, l-Awtorità ordnat li jsiru eżamijiet dwar il preżenza ta’ partikoli tal-arja inkluż l-asbestos madwar il-binja kif ukoll ġewwa l-binja. Dan sar f’Diċembru tal-2011. Dawn l-eżamijiet ġew ripetuti f’April li għadda u sejrin jerġgħu jiġu ripetuti dan ix-xahar. Ir-riżultati kollha, dejjem urew li l-livelli huma negliġibbli ferm inqas min dak stipulat. Barra min hekk espert f’dan il-qasam li ħa ħsieb l-eżamijiet, ġie nkarigat ikellem lill-ħaddiema dwar dawn ir-riżultati, li minn naħa tiegħu serħilhom rashom dwar is-sitwazjoni. Barra minn hekk, l-Awtorità offriet lill-GWU biex jekk tixtieq iġġib espert minn naħa tagħha sabiex janalizza r-rapporti u jkellem lill-ħaddiema. L-Awtorità offriet li l-ispejjeż kollha għal dan l-eżerċizzju tħallashom kollha hi. L-Awtorità tikkjarfika wkoll li hekk kif inhu rikjest mil-liġi tal-OHSA, l-Awtorità qabbdet kumpanija biex issir ‘Occupational Health and Safety Risk Assessment’ tal-binja kollha, fejn wara dan l-eżerċizzju, rriżulta li ma jeżisti l-ebda periklu. Dan l-eżerċizzju sar fil-binja tal-Awtorità fil-Mosta fejn hemm il-laboratorji, liema riżultati indikaw li ma jeżisti l-ebda periklu għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. L-Awtorità tassigura li sejra tkompli tagħmel moniteraġġ ta’ din is-sitwazzjoni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow