STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, jirreferi għall-konklużjonijiet tar-rapport tal-Bord ta’ Investigazzjoni indipendenti, li kkonferma li ma kienux qegħdin jiġu impurtati karkassi li oriġinaw mill-Afrika ta’ Fuq sabiex jinħarqu fl-Inċineratur tal-Marsa.
Dan ir-rapport ixejjen għal-kollox l-allegazzjonijiet li kien għamel il-Kelliem tal-Oppożizzjoni l-Onor Leo Brincat.
Il-Ministeru jieħu din l-opportunita biex jirringrazzja lil-ħaddiema kollha tad- Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja, kif ukoll lil dawk li jaħdmu fl-inċineratur operat mill-Wasteserv, tax-xogħol li jagħmlu b’dedikazzjoni b’risq is-saħħa pubblika.
Dan ir-rapport jikkonferma wkoll li d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja mexa kif suppost, biex jissalvagwardja s-saħħa u sigurta tal-konsumatur Malti u biex ma jiddaħħal f’pajjiżna ebda mard minn pajjiżi terzi.
Hija irresponsabbilta’ minn naħa tal-Onor Brincat li prova jdaħħal biżgħat fuq il-proattivita’ tal-ħaddiema taċ-ċivil kif ukoll prova jallarma l-pubbliku, b’detriment għall-industirja tal-prodotti tal-ikel lokali u l-ħidma tal-raħħala Maltin.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017