IL-BORD TA’ INVESTIGAZZJONI JIKKONKLUDI LI EBDA KARKASSI TA’ ANNIMALI MA ĠEW IMPURTATI MILL-AFRIKA TA’ FUQ
Il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Kultura u l-Ambjent illum irċieva r-rapport tal-Bord ta’ Investigazzjoni Indipendenti li kien inħatar sabiex jiġu stabbiliti l-fatti dwar allegazzjoni magħmula mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent, Leo Brincat li kienu qegħdin jiġu impurtati karkassi tal-annimali mill-Afrika ta’ Fuq sabiex jinħarqu fl-Inċineratur tal-Marsa, liema karkassi allegatament kienu ta’ riskju għas-saħħa pubblika. Ir-rapport tal-Bord ta’ Investigazzjoni, jikkonkludi li ma seħħet l-ebda importazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali u li l-allegazzjoni tal-Onor. Brincat ma rriżultatx.
Il-Bord ta’ Investigazzjoni Indipendenti kien kompost mill-Imħallef Joseph David Camilleri, Dott. Victor Vassallo u Dott. Louis Cassar. Kopja tar-rapport tal-Bord qed tiġi ppubblikata.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017
pr1867a.pdf