IL-PRIM MINISTRU LAWRENCE GONZI JSELLEM IL-MEMORJA TAL-EX PRIM MINISTRU DUMINKU MINTOFF
pr1821
20/08/2012
F'isem il-Gvern u l-poplu Malti, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi jsellem il-memorja tal-ex Prim Ministru Duminku Mintoff.
Il-Prim Ministru qal li l-Perit Duminku Mintoff huwa personalità ewlenija fil-ħajja pubblika Maltija minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija sa tmiem is-Seklu Għoxrin. Il-ħidma kbira tiegħu immarkat profondament l-istorja riċenti ta' pajjiżna fuq il-livelli politiċi, ekonomiċi u soċjali. L-impenn u d-determinazzjoni tiegħu wasslu għal żviluppi u bidliet profondi li jimmarkaw lil Malta u Għawdex.
Wara li ta l-kondoljanzi tiegħu lil uliedu, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi offra, u l-familja aċċettat, li l-Gvern jagħti funeral statali lill-ex Prim Ministru Duminku Mintoff.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017