Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ

pr1818
Date Icon 19/08/2012

L-Oppożizzjoni tagħmel is-Saħħa ballun politiku

Dalgħodu Dott Muscat għal darb’oħra injora l-istqarrijiet diversi tal-Ministeru għas-Saħħa u anke tal-Public Service Commission.

Bħal ma jaf kull min hu intiż fis-servizz pubbliku, dan huwa proċess immexxi mill-Public Service Commission, awtorità konstituzzjonali u li l-ebda Ministru ma jindaħal fil-ħidma tagħha.  

Il-Ministeru ħareġ diversi stqarrijiet li spjegaw il-proċess, u saħansitra l-Public Service Commission ukoll, fi stqarrija pubblika, spjegat il-proċess.

Iżda fin-negattività tiegħu, u partikolarment f’nuqqas assolut ta` politika għal qasam tas-saħħa, Dott Muscat injora dan kollu u baqa’ jipprova jiżra' d-dubju dwar is-sistema tas-saħħa.

Bħal ma kien imħabbar aktar kmieni l-Ministru ressaq libel fil-konfront tal-Partit Laburista u d-diriġenti tiegħu minħabba li l-Oppożizzjoni baqgħet tagħmel insinwazzjonijiet anke wara li l-Public Service Commission stess kienet ikkonfermat ċar u tond illi ;

(1) l-ebda wieħed mill-kandidati ma beda jaħdem fis-servizz tas-saħħa bħala konsulent;

(2) il-bordijiet tal-għażla jaqgħu direttament taħtha u

(3) ebda membru tal-Bord ma qajjem xi riżervi dwar l-eliġibilta' tal-kandidati 

B’dispjaċir il-Ministeru innota wkoll li dalgħodu Dott Muscat ittimbra l-ħidma li qed issir fil-qasam tas-saħħa bħala waħda medjokri.  Il-Mistoqsija tiġi waħida...

Hija medjokrità...

li jingħataw aktar servizzi fil-kura primarja  fejn is-sena li għaddiet ingħataw aktar minn 1,200,000 servizz?

li, fost oħrajn se jiġi offrut servizz ta' screening kontra l-iskoljożi fit-tfal li jattendu l-iskejjel sekondarji?

Li llum għandna politika nazzjonali dwar is-saħħa sesswali u pjan nazzjonali dwar il-kanċer kif ukoll strateġija nazzjonali dwar l-obeżità?

Li qed jinbena Ċentru tal-Onkoloġija (b’fondi mill-Unjoni Ewropea)?

Li llum aktar minn 76,000 persuna minn 57 lokalita` differenti qed jiġbru l-mediċini b’xejn minn 159 spiżerija madwar Malta u Ghawdex meta qabel din l-iskema, dawn il-persuni kienu jinqdew minn 5 spiżeriji biss?

Li l-Gvern kompla jżid in-numru ta’ mediċini b’xejn biex illum aktar minn 124,215 persuna tibbenefika minn għażla ta' 334 tip ta' mediċina b’xejn?

Li professjonisti tas-saħħa jagħmlu eluf ta' spezzjonijiet fis-sena fi stabilimenti differenti tal-ikel sabiex jiġi stabilit li qed jiġu osservati l-prekawzjonijiet kollha?

Li llum it-tobba Maltin qed jibqgħu jispeċjalizzaw f’pajjiżna?

Li qed isir investiment fil-boni taċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta u r-Rabat?

Li mill-2004 'l hawn intbagħtu aktar minn 2,208 persuna għal aktar kura barra minn pajjiżna, u sarulhom 3,528 intervent speċjalizzat?

Li qed jiġu salvati aktar nisa mill-kanċer tas-sider permezz tan-National Breastscreeing Programme?

Li ser jitnieda programm nazzjonali ta' screening tal-musrana l-kbira (colorectal screening)?

Li investejna f’Linear Accelarator ġdid f’Sir Paul Boffa?

Li dejjem qiegħed jiżdied in-numru ta' operazzjonijiet?

Li qed issir ħidma mal-Privat biex il-pazjent jinqeda aktar malajr?

Li fl-Isptar Mater Dei issir id-Deep Brain Stimulation?

Li fl-Isptar Mater Dei isiru interventi li qabel il-pazjent kien ikollu jsiefer għalihom?

Li sar ftehim biex għall-ewwel darba l-Maltin u l-Għawdxin jiġu offruti s-servizz ta' lung transplant?

Li l-Gvern se jibda joffri b’xejn l-HPV vaccine (kontra s-cervical cancer) lit-tfajliet ta' 12-il sena?

Dawn u servizz oħrajn huma r-riżultat ta’ ħidma kontinwa.   

Il-Ministeru jirringrazzja lill-professjonisti kollha fil-qasam tas-saħħa, għax filwaqt li l-politika hi tal-Gvern, dawn huma s-suċċess tagħhom.

Iżda dan kollu jiġi meqjus mill-Oppożizzjoni bħala medjokri, filwaqt li l-istess Oppożizzjoni tibqa’ bla pjanijiet għall-qasam tas-saħħa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow