STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
Libell kontra l-Oppożizzjoni Laburista
B'referenza għall-istqarrija tal-Partit Laburista (2 ta’ Awwissu 2012) fejn minkejja li l-Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku kkonfermat ċar u tond illi
(1) ebda konsulent ma kien fil-fatt ingaġġat fis-Servizz Pubbliku;
(2) il-bordijiet tal-għażla jaqgħu direttament taħtha u
(3) ebda membru tal-Bord ma qajjem xi riservi dwar l-eliġibiltà tal-kandidati,
Il-Ministru Joe Cassar fetaħ kawża ta' libell kontra l-Partit Laburista u d-diriġenti tiegħu.
Minkejja li l-istqarrijiet varji tal-Ministeru għas-Saħħa kif ukoll tal-Public Service Commission, il-Ministeru jinnota wkoll li matul dawn l-aħħar jiem One News baqa’ jxandar allegazzjonijiet bl-iskop ewlieni li jtappan ir-reputazzjoni ta’ diversi professjonisti li kienu involuti f’bordijiet tal-għażla għal diversi pożizzjonijiet.
Dan baqa’ jseħħ anke matul dawn l-aħħar ġranet. L-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni huma infondati u għalhekk ġie ppreżentat libell.
Barra minn hekk l-Oppożizzjoni, fin-nuqqas assolut ta’ politika dwar is-saħħa rikbet fuq rapport li ġie ppublikat fuq il-ġurnal ILLUM, u intefa’ dubju dwar l-integrità ta’ professjonist stabbilit hekk kif ġie magħżul bi proċess trasparenti għal rwol mediku fil-qasam tas-saħħa.
Iżda anke hawn, filwaqt li Dott Muscat jitkellem dwar meritokrazija, il-media tal-Oppożizzjoni tagħmel mod ieħor u saħansitra tagħżel li, akkost ta’ kollox, titfa’ dell ikrah anke fuq il-professjonisti. Din id-differenza bejn dak li jgħid Dott Muscat u dak li fil-fatt tagħmel il-media tal-Oppożizzjoni tkompli turi kemm l-Oppożizzjoni lesta tuża l-kulħadd fit-tama li tikseb xi vot, anke jekk dan ifisser li titfa’ dubju dwar il-professjonalità ta’ professjonist. Aġir ta’ min jistmerru.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017