Left arrow Go Back

JIĠU MNEDIJA L-UNURI GĦALL-ĠIEĦ L-ARTIĠJANAT 2012

pr1781
Date Icon 10/08/2012

“Is-settur tal-Artiġjanat ifisser mezz ieħor ta’ kif dan il-Gvern qiegħed jinċentiva u jippremja x-xogħol”. Dan qalu l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi f’konferenza tal-aħbarijiet li saret kmieni wara nofsinhar, fejn ta dettalji dwar l-unuri ta’ ġieħ l-artigjanat li se jsiru iktar tard din is-sena.  Din hija t-tielet edizzjoni ta’ dawn l-unuri li qed tiġi organizzata mill-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur flimkien mad-Dipartiment tal-Kummerċ. Il-Ministru Azzopardi qal li fl-aħħar 2 edizzjonijiet ġew ppremjati xejn anqas minn 30 individwu, entita u negozji li bejniethom ħadu s-somma ta €240,000. L-edizzjoni ta’ din is-sena għandha fond ta’ premijiet ta’ €85,000. Għal din l-edizzjoni se jkun hemm 3 kategoriji:

Kategorija 1: Prodotti Artiġjanali

Kategorija 2: Inizjattivi favur l-artiġjanat

Kategorija 3: Rikonoxximent ta’ Meritu

L-ewwel kategorija se tirrikonoxxi l-Innovazzjoni u l-kreattività u se jiġu ppremjati l-iktar prodott Innovattiv minn artiġjan li ilu stabilit 5 snin jew inqas, l-iktar prodott Innovattiv li juża proċessi u materjali sostenibbli, l-iktar prodott innovattiv f’artiġjanat tradizzjonali kif ukoll l-iktar prodott innovattiv f’artiġjanat mhux tradizzjonali. Kull wieħed minn dawn ir-rebbieħa se jingħata €10,000. Dawn se jingħataw f’żewġ pagamenti separati: 60% (ekwivalenti għal €6,000) jingħata waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet. L-40% l-oħra (ekwivalenti għal €4,000) jingħataw jekk id-Dipartiment tal-Kummerċ ikun sodisfatt illi, fis-sitt xhur li jiġu immedjatament wara l-għoti tal-premjijiet, ir-rebbieħ ikun kompla jinvesti biex itejjeb l-attività artiġjanali tiegħu eżempju fir- riċerka, taħriġ, informazzjoni teknoloġika, titjib,irranġar strutturali eċċ.

It-tieni kategorija  se terġa’ tkun maqsuma fi 3 sub-Kategotriji, l-istess kif ġara fl-edizzjoni tas-sena l-oħra. Dawn huma:

• Tagħlim u Riċerka

• Awareness Raising u Promozzjoni tal-Artiġjanat Malti

• Bejgħ ta’ Artiġjanat Malti

Fl-ewwel sub-Kategorija se jingħata premju ta’ €10,000 lir-rebbieħ u premju ta’ €5,000 lit-tieni klassifikat. Fit-tieni u t-tielet sub-kategorija ser jingħataw premji ta’ €10,000 lir-rebbieħa ta’ kull sub-kategorija.

Il-premjijiet ta’ €10,000 ser jingħataw f’żewġ pagamenti separati: 60% (ekwivalenti għal €6,000) jingħata waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet. L-40% l-oħra (ekwivalenti għal €4,000) jingħataw jekk id-Dipartiment tal-Kummerċ ikun sodisfatt illi, fis-sitt xhur li jiġu immedjatament wara l-għoti tal-premjijiet, ir-rebbieħ ikun kompla jinvesti biex itejjeb l-attività artiġjanali tiegħu.

It-tielet u l-ahhar kategoija se tirrikonoxxi lil dawk l-entitajiet li permezz tax-xogħol ta’ artiġjanat jgħinu biex isaħħu l-inklużjoni u l-integrazzjoni. F’din il-kategorija jintagħżlu sa 2 entitajiet li kull waħda tingħata €5,000.

Il-Ministru Azzopardi saħaq li dan kollu juri kemm il-Gvern preżenti għandu għal qalbu dan is-settur u permezz ta’ unuri bħal dawn qed jgħin lil aktar artiġjana jinvestu f’dan ix-xogħol, li tant iħobbu kif ukoll isaħħaħ dan is-settur. Il-Ministru qal Il-Gvern jemmen fis-sħiħ fis-settur tal-artiġjan u se jkompli jgħinu sabiex dan ikompli jikber u jilħaq livell għoli.

Sabiex wieħed jipparteċipa u jirċievi formola tal-applikazzjoni, wieħed għandu jibgħat email fuq: maltacrafts@gov.mt jew jista jiġborha mid-Dipartiment tal-Kummerċ li jinsab f’ Lascaris fil-Belt Valletta. L-applikazzjonijiet iridu jaslu għand id-Dipartiment tal-Kummerċ sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 14 ta’ Settembru f’nofsinhar. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel lid-Dipartiment tal-Kummerċ fuq in-numri tat-telephone 25690329 jew 25690208.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow