Left arrow Go Back

TNEDIJA TAL-KORSIJIET GĦALL-ADULTI 2012-2013: FI TLIET SNIN L-APPLIKAZZJONIJIET IRDUPPJAW

pr1780
Date Icon 10/08/2012

Pjazza Sant’Anna f’Tas-Sliema dal-għodu kienet mimlija attivita’ fejn kienu mnedija l-applikazzjonijiet għall-Korsijiet għall-Adulati organizzati mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja tal-Ministeru tal-Edukazjoni.  Waqt din l-attivita il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina ħabbret li fi żmien tliet snin in-numru ta’ applikanti għall-Korsijiet tal-Adulti kważi irdoppja minn 7,258 għal 13,213 li żewġ terzi minnhom huma nisa u terz irġiel.

Il-Ministru qalet li din hi indikazzjoni ċara li n-nisa qed joħorġu u jitgħallmu biex ikollhom kwalifiki aħjar u possibiliment biex ikunu ekonomikalment attivi.

Il-ġimgħa l-oħra, il-Kunsill Malti tal-Kwalifiki rrikonoxxa 47 kors ieħor offruti mid-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja biex ikunu uffiċċjalment fuq il-Qafas tal-Kwalifiki ta’ Malta.  Dan ifisser li kull min ser isegwi dawn il-korsijiet se jkollu ċertifikat ta’ valur.  Ħafna aktar korsijiet qed jiġu evalwati u anke dawn se jkun fuq dan il-qafas.

Il-Ministru Cristina qalet li ta’ sodisfazzjoni kbir hu n-numru dejjem akbar ta’ nies bejn l-40 u l-55sena li qed joħorġu jitgħallmu.  Tradizzjonalment, ma’ l-Ewropa kollha, din hi l-faxxa ta’ nies li l-aktar diffiċli li ttatirha biex tkompli titgħallem.  F’Malta, fi tliet snin, din il-faxxa żdiedet b’6%.

In-numri sbieħ li jkomplu jikbru imma aktar importanti hu l-qabża fil-kwalità tas-servizzi li joffri dan id-Direttorat għall-Edukazzjoni Tul il-Ħajja fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Is-sena l-oħra 1,309 persuna li jattendu dawn il-korsijiet qagħdu għall-assessjar finali f’suġġetti akkademiċi u 1,231 ġabu l-kwalifika MQF Level 1.  Dawn ma jinkludux nies li qagħdu għas-SEC jew għal MATSEC.

Tajjeb jingħad li din is-sena, għall-ewwel darba sar assessjar li wassal għall-MQF Level 1 f’lingwi bħall-Għarbi, Ċiniż, Portugiż, Rumen, Latin. Tork u Ungeriż.  Dan minbarra korsijiet f’lingwi aktar familjari bħat-Taljan, Franċiż, Ġermaniż u Spanjol.  B’hekk qed tiżdied il-possibilita li aktar nies ikunu kwalifikati fil-lingwi differenti – ħaġa li bħala pajjiż tgħinna biex noffru aktar ospitalita lit-turisti li jżuruna u nistgħu nkunu aktar kompetittivi f’swieq differenti.

Apparati l-korsijiet għal suġġetti akkademiċi, minn din is-sena d-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja offra assessjar fil-qasam ta’ korsijiet vokazzjonali.  B’kollox resqu 555 student u 502 minnhom akkwistaw il-kwalifika ta’ VET 1.  Anke hawnhekk, dan hu kontribut dirett lejn l-ekonomija tal-pajjiż għax dawn in-nies issa għandhom prova tal-ħiliet li akkwistaw u jistgħu jsiru ekonomikalment attivi.

Illum qed inniedu dan il-Prospett għas-sena skolastika li jmiss għall-Korsijiet ta’ Tagħlim Tul il-Ħajja. Fih se ssibu korsijiet f’20 lingwa (inkluż il-Malti u l-Ingliż), 51 kors fil-qasam tas-suġġetti vokazzjonali, 75 kors f’suġġetti varji oħra, fosthom fil-qasam diġitali, ħajja soċjali, kif wieħed jieħu ħsieb saħħtu aħjar u anke kif il-ġenituri jistgħu jgħinu lill-uliedhom.  Qed noffru wkoll 81 kors differenti fil-qasam tal-arti, drama, danza u mużika.  Dan għal total ta’ 227 kors differenti.

B’hekk, qed tiżdied il-firxa wiesgħa ta’ korsijiet f’ħiliet u kompetenzi differenti. Hekk kif jidher f’dan il-prospett, dawn il-kompetenzi ewlenin huma dawk li kull individwu jeħtieġ għat-twettieq u l-iżvilupp personali, għal ċittadinanza attiva, għall-inklużjoni soċjali u għall-impjieg.

Qed ikomplu jiżdiedu l-korsijiet f’ilsna barranin li mhux neċessarjament wieħed jakkwistahom matul is-snin tal-iskola obbligatorja bħal, ngħidu aħna, il-Pollakk, is-Serb, il-Grieg, il-Ħindi, il-Portugiż, l-Ungeriż, ir-Rumen u t-Tork fost ħafna oħrajn. Biex aktar insaħħu l-ħiliet fit-taħdit tal-lingwi, din is-sena introduċejna l-‘conversation classes’ fejn l-adulti jkollhom l-opportunità li jipprattikaw tassew il-lingwa jew il-lingwi li qed jitgħallmu.

Żidna korsijiet fil-kompetenzi matematiċi u fil-kompetenzi bażiċi fix-xjenza u t-teknoloġija. Fil-kompetenzi diġitali qed nintroduċu korsijiet ġodda f’livelli differenti bħal Image Editing, u l-Java Programming minbarra 15-il kors ieħor relatat mat-tagħlim tal-kompjuter.

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol qalet li l-akbar qabża fil-kwalità tidher fil-korsijiet vokazzjonali. Matul is-sena li għaddiet, id-Direttorat għat-Tagħlim tul il-Ħajja rriforma l-ħafna korsijiet vokazzjonali li kien joffri. Issa żied korsijiet ġodda bħal Automotive Engineering, ix-xogħol relatat mas-sengħa tal-ħaddied u x-xogħol tat-torn u ħafna korsijiet ta’ crafts bħal Candle u Cottage Crafts, xogħol tal-ganċ u l-labar, l-arranġament tal-fjuri u bosta oħrajn li fihom l-adult għandu l-għażla li jakkwista mhux biss ċertifikat ta’ attendenza iżda kwalifika rikonoxxuta fuq il-Qafas Malti tal-Kwalifiki.

Innovazzjoni ġdida li l-Ministru Cristina saħqet fuqha hi li minn din is-sena, d-Direttorat se jintroduċi l-kunċett ta’ ‘Family Learning’. Qed noffru numru ta’ korsijiet qosra mmirati għall-ġenituri u għal min jieħu ħsieb lit-tfal. Nemmnu li l-ġenituri wkoll huma ‘lifelong learners’ u għalhekk qed noffrulhom l-opportunità biex jitgħallmu kif jistgħu jgħinu b’mod prattiku lit-tfal tagħhom kif jużaw il-kompjuter bħala għodda ta’ tagħlim, kif jikkreaw riżorsi edukattivi għal uliedhom, kif jgħinu lil uliedhom jiżviluppaw il-kreattività tagħhom, x’għandhom jagħmlu biex ikabbru l-istima tajba fi wliedhom, kif jgħinu lil uliedhom fil-homework u l-istudju tagħhom u kif jgħinu lit-tfal tagħhom iħobbu aktar il-qari.

Il-Ministru Cristina ferħet lit-13,000 persuna li s-sena l-oħra attendew għal xi kors offrut minn dan id-Direttorat u nħajjarhom ikomplu l-vjaġġ tagħhom fit-tagħlim waqt li nagħmel kuraġġ lil min għadu jaħsibha biex ma jaqtax qalbu għax it-tagħlim qatt m’hu mitluf.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow