SKOLA SAJF TIĊĊELEBRA JUM L-IMĦABBA LEJN L-ANNIMALI
L-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, Stephen Spiteri dalgħodu ltaqa’ ma’ grupp ta’ tfal li qed jattendu Skola Sajf waqt li kienu qed iżuru l-Mużew tal-Istorja Naturali fl-Imdina. Fiċ-ċentri ta’ Skola Sajf f’Malta u Għawdex illum kienet ġurnata dedikata għall-imħabba lejn l-annimali u fil-Mużew tal-Istorja Natural it-tfal setgħu jaraw u japprezzaw diversi speċi ta’ annimali.
F’diskors qasir lill-istudenti l-Assistent Parlamentari tkellem dwar l-importanza tal-annimali fil-ħajja tal-bniedem u kif l-annimali huma parti integrali min-natura u allura għandna nħobbuhom u nieħdu ħsiebhom u nassiguraw li ma nħallu lil ħadd jaħqarhom.
Stephen Spiteri tkellem ukoll u faħħar l-inizjattiva ta’ Skola Sajf li qed toffri opportunità lil aktar minn 3000 tifel u tifla f’Malta u Għawdex li jutilizzaw b’mod pjaċevoli il-vaganzi tas-Sajf filwaqt li jagħtu ċans lill-ġenituri tagħhom ikomplu bil-ħidma normali tagħhom.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017