Left arrow Go Back

1000 STUDENT AKTAR MIS-SENA LI GĦADDIET JAPPLIKAW BIEX IKOMPLU JISTUDJAW

pr1773
Date Icon 09/08/2012

Meta għalqu l-applikazzjonijiet għad-dħul fl-Università u l-ewwel sejħa għal applikazzjonijiet għad-dħul fl-MCAST diġà hemm madwar 1000 student aktar mis-sena li għaddiet biex ikomplu jistudjaw fil-livell post sekondarju u terzjarju.

Dan meta għad iridu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet tal-Junior College f’dawn il-ġranet, dawk għall-Higher Secondary Schools f’Malta u Għawdex f’Settembru u għad irid ikun hemm it-tieni sejħa għal applikazzjonijiet fl-MCAST f’Settembru li ġej ukoll u l-ITS fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.

L-applikazzjonijiet għad-dħul fl-Università żdiedu bi 18.5% fuq dawk tas-sena li għaddiet filwaqt li dawk tal-MCAST diġa żdiedu bi 8.73%.  L-applikazzjonijiet għad-dħul fl-ITS baqgħu fuq l-istess livell tas-sena li għaddiet.

L-Università ta’ Malta irċiviet 3,160 applikazzjoni minn studenti li jixtiequ jagħmlu l-ewwel degree li jfisser 320 applikazzjoni aktar mis-sena li għaddiet u  1228 applikazzjoni minn studenti li jridu jagħmlu Masters jew korsijiet wara li diġà kisbu l-ewwel grad.  Dan in-numru hu  470 aktar mis-sena li għaddiet.

Fl-MCAST, l-akbar żieda ta’ applikazzjonijiet kienet għal korsijiet fl-Istitut tax-Xjenzi Applikati u f’dak tal-Arti u d-Disinn.

Qed naraw li t-82% ta’ studenti li s-sena li għaddiet kienu qed ikomplu jistudjaw wara l-edukazzjoni obbligatorja, din is-sena se jkomplu jiżdiedu u l-pajjiż se jkompli jilħaq il-mira tiegħu li kemm jista’ jkun studenti jibqgħu jistudjaw wara s-17-il sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow