Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1754
Date Icon 07/08/2012

Il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jirreferi għall-istqarija tal-għaqda fish4tomorrow.

Il-Ministeru jisħaq li l-ħut kollu użat waqt il-festa tat-tonn kien ħut legali maqbud taħt kwoti awtorizzati. It-tqassim tal-allokazzjonijiet għall-qbid tat-tonn, għal din is-sena sar bi qbil mas-sajjieda, u ngħataw lil sajjieda artiġjanali.

Kif kulħadd jaf, bħala membru tal-Unjoni Ewropea, Malta tipparteċipa fil-laqgħat kollha tal-Kummissjoni Internazzjonali għal Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). Din il-kummissjoni tistabillixi l-kwoti biex l-ispeci tal-blue fin tuna tkun waħda sostenibbli. Malta dejjem aderixxiet mar-regolamenti u saħansitra ġiet msaħħha b’mod drastiku l-kapaċità amministrattiva tad-Dipartiment tal-Kontroll tas-Sajd li l-għan tiegħu hu li l-attivitajiet kollha fis-settur tas-sajd isiru skont ir-regolamenti u b’mod sostenibbli. Il-kontrolli li Malta qed tagħmel f’dan ir-rigward ġew ukoll mfaħħra mill-Kummissjoni Ewropea.

l-Gvern Malti jirrikonoxxi li  l-industrija żviluppat ħafna u li hija ta’ importanza ekonomika kbira għal Malta, biss il-Gvern dejjem enfasizza li l-iżvilupp ekonomiku m’għandux jitħalla jsir a spejjeż tal-ambjent. L-għan prinċipali tal-Gvern huwa li jinħoloq bilanċ bejn żvilupp ekonomiku u s-sostenibbiltà tal-ispeċi u l-konservazzjoni tal-bijodiversità marina.

Filwaqt li qed naraw li jiġu mħarsa r-regolamenti eżistenti u l-attivitajiet jkunu kollha skont il-proċeduri stabbiliti mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll minn organizzazzjonijiet internazzjonali, ma jfissirx li l-festa tat-tonn tmur kontra l-ħidma li qed issir biex din l-ispeċi tibqa’ sostenibbli. Il-ħut li jinqabad skont il-kwoti stabbiliti qiegħed hemm biex il-ħut effettivament ikun ikkunsmat.

Il-festa tat-tonn mhix l-ewwel darba li ġiet organizzata u dejjem kienet suċċess. il-festa organizzata wkoll is-sibt li għadda rat bosta familji jinżlu lejn ir-raħal pittoresk ta’ Marsaxlokk fejn gawdew minn varjetà ta’ spettaklu kif ukoll minn ikel li kien jinkludi wkoll it-tonn u jixtru l-ħut bi prezz speċjali. il-Ministeru jirringrazzja lill-pubbliku li dejjem jirrikorri bi ħġaru għal-festi li jiġu organizzati bħala parti mill-kampanja Naturalment Malti.

Barra minn hekk id-Direttorat għall-Kontroll tas-Sajd diġà għamel xi laqgħat mal-fish4tomorrow, numru ta’ għaqdiet mhux governattivi u koperattivi tas-sajjieda biex titnieħed kumpanija ta’ pubbliċità biex jiġi inkoraġġit konsum ta’ ħut frisk kif fil-fatt qiegħed jiġi propost fl-istqarrija tagħhom. Filfatt se ssir ukoll festa tal-lampuki fit-8 ta’ Settembru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow