Left arrow Go Back

XIRI MINN SITI TAL-IRKANT

pr1730
Date Icon 03/08/2012

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) permezz tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur tixtieq tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku li meta jiġi biex jixtri min ‘penny auction websites’,  wieħed għandu joqgħod attent u jinforma ruħu sew fuq is-sit elettroniku qabel ma jiddeċiedi jekk jieħux sehem. Huwa ferm importanti li meta wieħed jidħol f’dawn it-tip ta’ siti jaqra l-informazzjoni sew peress li f’dawn it-tip ta’ siti normalment tħallas mhux biss għal prodott irkantat iżda wkoll għal kull darba li tagħmel offerta (bid). 

Dan tal-aħħar irid isir anke jekk titlef l-irkant.  Jekk wieħed jiddeċiedi li jieħu sehem, għandu qabel jipproċedi jaqra wkoll it-termini u l-kundizzjonijiet.  Il-konsumatur għandu jkun ċert li fehem sew dawn it-termini u l-kundizzjonijiet kollha qabel ma jirreġistra ruħu fuq is-sit partikolari. F’każ li jinnota xi termini u kundizzjonijiet li ma jaqbilx magħhom, mgħandux jirreġistra.  Meta wieħed jirreġistra ruħu dan ikun ifisser li jkun qabel mat-termini u l-kundizzjonijiet kollha u b’hekk il-konsumatur ikun daħal f’kuntratt ma dak is-sit, fejn ħafna drabi biex toħroġ minn dan il-kuntratt ikun irid isir ħlas addizzjonali.  F’ħafna każi pagamenti jibdew japplikaw immedjatament mar-reġistrazzjoni. Wieħed għandu wkoll joqgħod attent meta jiġi mitlub biex jagħti kopji ta’ dokumenti personali bħal kopja tal-passaport jew kopja tal-karta tal-kreditu.

Fl-aħħar ġimgħat in-numru ta’ lmenti f’dan is-settur fil-pajjiżi Ewropej żdiedu b’ammont konsiderevoli u l-Awtorità permess ta l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur qed taħdem f kollaborazjoni ma’ entitajiet oħra biex ikompli jħares id-drittijiet tal-konsumatur.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow