STARRIJA MID-DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA B’RISPOSTA LILL-OPPOŻIZZJONI
Bordijiet ta’ Għażla għal Posts ta’ Konsulenti mad-Dipartiment tas-Saħħa
Hija ħasra li proċess ta’ għażla fi ħdan is-Servizz Pubbliku kellu jiġi sensazzjonalizzat mill-oppożizzjoni u politiċizzat sal-punt li jintefa’ dubju mhux biss fuq l-integrita` tal-membri tal-Bordijiet tal-Għażla, imma wkoll tal-kandidati nfushom u wkoll tal-proċess kollu tal-għażla tal-PSC. Hija ħasra akbar li l-pubbliku qiegħed jingħata informazzjoni falza u ineżatta dwar materja daqshekk importanti u sensittiva. Il-fatti dwar dawn il-każijiet huma s-segwenti.
Id-Dipartiment tas-Saħħa dehrlu li mhux l-entita` kompetenti sabiex jippublika l-ismijiet tal-membri ta’ dawn il-Bordijiet ta’ Għażla stante li dawn huma de facto Bordijiet ta’ Għażla tal-PSC u mhux tad-Dipartiment. L-istess Dipartiment iħoss li dan l-episodju jista’ faċilment ifixkel ix-xogħol fejjiedi li jagħmlu l-ħafna bordijiet ta’ għażla oħra li għandhom iwettqu din il-ħidma bla ebda pressjoni u interferenzi. Madanakollu, wara li ngħata permess mill-imsemmija Kummissjoni, id-Dipartiment tas-Saħħa m’għandu ebda diffikulta li jsemmi l-ismijiet ta’ dawn il-membri filwaqt li jagħti l-ispjegazzjonijiet dovuti.
Inħarġu erba’ posts ta’ Konsulent Kirurgu / Konsulent Kirurgu Designate f’għadd ta’ Speċjalitajiet. Il-bordijiet huma komposti minn Chairperson u minn persunal mediku u amministrattiv, kif ukoll minn espert / speċjalista mediku barrani differenti għal kull bord.
Il-kompożizzjoni ta’ kull Bord qed tingħata hawn taħt:
1) Post ta’ Konsulent Kirurgu Designate li jwassal għal post ta’ Konsulent Kirurgu b’interess speċjali fil-Hepato Pancreato Biliary Surgery
| Numru tal-PSC: | 89/2010 |
| Numru tad-DH: | 3437/2008 |
| Is-sejħa ħarġet fi: | 18 ta’ Mejju 2010 |
Bord tal-Għażla
| Chairperson: | Prof. Godfrey Laferla |
| Membri: | Mr Mark Schembri |
Prof. Clem Imrie
Mr Andrew Xuereb
F’dan il-każ saret rakkomandazzjoni sabiex ikunu appuntat l-ewwel kandidat li rriżulta mill-proċess tal-għażla, IŻDA ħadd minnhom ma kien fil-fatt appuntat.
2) Post of Konsulent Kirurgu Designate li jwassal għal post ta’ Konsulent Kirurgu b’interess speċjali fil-Lower Gastrointestinal Surgery
| Numru tal-PSC: | 126/2010 |
| Numru tad-DH: | 4176/2009 |
| Is-sejħa ħarġet fi: | 13 ta’ Lulju 2010 |
Selection Board
| Chairperson: | Prof. Godfrey Laferla |
| Membri: | Mr Kevin Cassar |
Mr David J Galloway
Mr Andrew Xuereb
Anke f’dan il-każ saret rakkomandazzjoni sabiex ikun appuntat l-ewwel kandidat li rriżulta mill-proċess tal-għażla, IŻDA ħadd minnhom ma kien fil-fatt appuntat.
3) Post ta’ Konsulent Kirurgu Designate li jwassal għal post ta’ Konsulent Kirurgu b’interess speċjali fl-Upper Gastrointestinal Surgery
| Numru tal-PSC: | 127/2010 |
| Numru tad-DH: | 4177/2009 |
| Is-sejħa ħarġet fi: | 20 ta’ Lulju 2010 |
Selection Board
| Chairperson: | Prof. Godfrey Laferla |
| Members: | Mr Dennis Gatt |
Prof. Chris Russell
Mr Andrew Xuereb
F’dan il-każ ma kien hemm ebda kandidat li fil-fatt kien magħżul u għalhekk ma saret ebda rakkomandazzjoni.
Għaldaqstant, kuntrarju għall-allegazzjonijiet li qed tagħmel l-Oppożizzjoni, ebda konsulent ma kien appuntat għal dawn il-posts ta’ Konsulent Kirurgu.
4) Post ta’ Konsulent Kirurgu Oftalmiku b’interess fl-Anterior Segment Surgery and Glaucoma
| Numru tal-PSC: | 255/2009 |
| Numru tad-DH: | 400/66/III |
| Is-sejħa ħarġet fi: | 13 ta’ Lulju 2010 |
Selection Board
| Chairperson: | Mr Thomas Fenech |
| Membri: | Mr Wagih Aclimandos |
Mr Jan Janula
Mr Franco Mercieca
F’dan il-każ l-ewwel kandidat magħżul kien fil-fatt appuntat iżda l-istess appuntament kien sussegwentament irtirat. Għaldaqstant, anke f’dan il-każ, dan il-kandidat qatt ma ħadem ta’ konsulent f’Malta.
Ir-raġuni għaliex dawn il-bordijiet differenti ltaqgħu ma’ diffikultajiet f’dawn il-proċessi ta’ għażla mhix dik li qed tallega l-oppożizzjoni u ċioe minħabba xi prattiċi ta’ korruzzjoni, iżda minħabba numru ta’ klawżolili nstabu li kienu konfliġġenti, li kien hemm fis-sejħa għall-applikazzjonijiet, u li għandhom x’jaqsmu mar-reġistrazzjoni tal-ispeċjalisti, u mal-esperjenza meħtieġa fil-livell ta’ speċjalista. Dan minħabba li nstab kunflitt bejn il-Ftehim Settorali bejn il-Gvern u l-MAM u l-liġi li tirregola l-Professjonijiet tas-Saħħa f’Malta. Filwaqt li d-Dipartiment tas-Saħħa kien obbligat li jsegwi l-Ftehim Settorali, fir-realta` l-liġi tissupera kwalunkwe ftehim simili. Rinfaċċjati b’dawn il-klawżoli konfliġġenti, id-diversi bordijiet ta’ għażla waslu għall-konklużjonijiet tagħhom wara li interpretaw l-istess klawżoli bl-aħjar mod li dehrilhom xieraq.
Wara li rriżultat din id-diskrepanza, saru diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, id-Dipartiment tas-Saħħa u l-MAM sabiex ikunu riveduti u emendati dawn il-klawżoli b’mod li jkunu konformi mal-liġi u l-imsemmija sejħiet ikunu jistgħu jerġgħu joħorġu. L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien ikkonsultat ukoll waqt dan l-eżerċizzju.
Dan kollu huwa xhieda li kif spjegat hawn fuq, il-proċess kien wieħed totalment trasparenti u kollu kemm hu taħt l-iskrutinju tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku li, kif qalet l-istess oppożizzjoni, hija korp indipendenti stabbilit bil-Kostituzzjoni. Hi ħasra għalhekk li l-oppożizzjoni waslet ghal konkluzjonijiet zbaljati u ppruvat titfa dubju għal xejn b’xejn.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017