STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
L-Oppożiżżoni tkompli b’politika ta’ misinformazzjoni
Dalgħodu Dott Muscat irrepeta allegazzoni infondata dwar l-impjieg ta’ professjonisti ġodda fi ħdan is-servizz tas-saħħa.
Minkejja li matul din il-ġimgħa il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità wassal spjegazzonijiet ċari fi tlett stqarrijiet differenti, jidher li l-Oppożizzjoni qed tagħżel it-triq li tuża l-istudenti u tnissel dubju dwar dan il-proċess. Minkejja li dan huwa konsistenti man-negattività u n-nuqqas t’ interess tal-oppożizzoni fil-qasam tas-saħħa, il-Ministeru qed jerġa jappella għal-aktar maturità u responsabilità minn naħa tal-Oppożizzjoni.
Huwa assolutament inġust li l-Oppożizzoni tuża l-istudenti b’dan il-mod wara snin ta’ studju.
Għaldaqstant il-Ministeru jerġa’ jirrepeti li l-kwalifika miksuba mill-istudent u huwa ovvju li jiġu impjegati dawk l-istudenti li għaddew minn eżamijiet u saru professjonisti.
B’referenza għall-liġi dwar l-IVF, jidher li Dott Muscat jaħseb li liġi simili tista ssir f’temp ta’ ftit ġranet. Filwaqt li dan naturalment mhux minnu, kien dan il-Gvern li permezz ta’ diversi dikjarazzjonijiet pubbliċi stqarr l-intenzjonijietr tiegħu fir-rigward. It-tnehdija, kienet ir-riżultat ta’ snin ta’ studju u konsultazzjonijiet ma’ diversi awtoritajiet fil-qasam.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017