Left arrow Go Back

GĦADDEJ L-AKBAR PROĠETT TA’ RESTAWR TAS-SWAR LI QATT SAR F’PAJJIŻNA - IS-SWAR LURA GĦAD-DEHRA ORIĠINALI TAGĦHOM BIX-XOGĦOL TA’ ĦILA TAL-ĦADDIEMA

pr1687
Date Icon 28/07/2012

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino, żar ix-xogħlijiet ta’ restawr tas-swar li qegħdin isiru fil-Belt Kapitali, l-Belt Valletta. Waqt dawra mal-Belt, wieħed seta jammira s-sbuħija tas-swar li jdawwru l-Belt, issa li partijiet kbar tas-swar sar fuqhom intervent ta’ restawr.

Bħallissa fil-Belt Valletta, Il-Birgu, l-Imdina u ċ-Ċittadella f’Għawdex għaddej xogħol estensiv ta’ restawr permezz ta’ l-akbar proġett ta’ restawr li qatt sar f’pajjiżna fejn qed isir intervent fuq 6km ta’ swar. Dan kollu qed isir b’investiment b’għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea ta’ €36 miljun.

Ħafna minn dawn l-istrutturi majestużi huma kemm monument lill-kapaċitajiet u l-abbiltà ta’ missirijietna kif ukoll huma xhieda ta’ ħafna ġrajjiet imqanqla li għaddew minnhom il-gżejjer Maltin. Illum dawn l-istrutturi, għalkemm m’għandhomx aktar użu ta’ rilevanza militari, saru parti integrali mill-pajsaġġ familjari ta’ madwarna, u barra minnhekk joffru opportunitajiet oħra anki ta’ xogħol fil-qasam turistiku u kulturali ta’ pajjiżna. Dawn is-swar saru wkoll simbolu ta’ Malta, mhux biss għalina l-Maltin, iżda wkoll għal ħafna turisti u barranin li jżuru pajjiżna partikolarment għal dawk in-nofs miljun turist li qed iżuru pajjiżna permezz tal-cruise liners li qed igawdu ix-xeni majestużi tal-port il-Kbir li hu mdawwar bis-swar. 

Matul id-dawra mal-Belt Valletta l-Ministru Pullicino spjega wkoll li jinsabu għadejjin l-aħħar xogħlijiet marbuta mal-proġett ta’ l-ewwel ċentru interpretattiv u interattiv dwar il-fortifikazzjonijiet ta’ pajjiżna fis-sit magħruf bħala Biaggio Steps fil-Belt Valletta. Dan il-mużew se jkun qiegħed jaqdi funzjoni importanti li juri mhux biss is-sbuħija ta’ pajjiżna iżda wkoll jfiehem minn x’hiex għadda pajjiżna u l-wirt arkitetoniku qawwi li għandna. Dan il-mużew b’mod interattiv se jedukana u jgħallimna aktar dwar l-istorja u l-importanza ta’ dawn is-swar billi ċ-ċentru se jkollu wkoll teatru awdio-viżiv, librerija kif ukoll spazzju għal workshops.

Il-Ministru Pullicino fakkar li l-Gvern hu mpenjat li jkompli jinvesti fil-passat għall-futur. Fil-Belt Valletta apparti l-intervent ta’ restawr ta’ swar fl-aħħar snin sar xogħol estensiv ta’ restawr fuq numru ta’ bini storiku, fosthom il-Victoria Gate, il-monument tal-qanpiena, il-Kappella ta’ Santa Katarina, il-Palazz tal-Gran Masru fi Pjazza San Gorġ li wkoll ingħatat fi pjazza msebbħa u miftuħa għan-nies, il-Berġa ta’ Kastilja, il-faċċati tal-ġnub tal-Kon-Katidral ta’ San Gwann, il-Biblijoteka Nazzjonali, numru ta’ niċeċ, statwi u kappelli oħra madwar il-Belt fost oħrajn.

Il-Ministru Pullicino rringrazzja lill-ħaddiema kollha li qed jaħdmu fuq dan il-proġett li jħares il-patrimonju tagħna l-Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow