B’ATTENZJONI, IL-HEPATITE TISTA' TIĠI EVITATA
L-attenzjoni tad-dinja medika se ddur il-marda tal-Heptatite hekk kif għada jiġi ċċelebrat il-Jum Dinji dedikat għal aktar għarfien dwar din il-marda. Għal dan il-għan id-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard organizza jum ta informazzjoni fi Triq Bisazza f’Tas-Sliema, li matulha id-diversi Maltin u turisti preżenti ingħataw informazzjoni permezz tad-diversi professjonisti li kienu fil-post.
Waqt żjara f’din l-attivita il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar qal li l-Hepatite hi iktar komuni milli naħsbu u n-nies infettati biha huma fil-fatt madwarna. Bosta mill-każijiet ta hepatite speċjalment dawk B u Ċ jistgħu jkunu bla sintomi u għalhekk jista jkun li persuna ma tkunx taf li għandu l-marda imma xorta jkunu jistghu jferxxuha lill ħaddiehor. .
Dr Cassar qal li pajjiżna ingħaqad mall-kumplament tad-dinja biex biex titqajjem kuxjenza dwar dawn l-infezzjonijiet bl-iskop li l-pubbliku ikun mgħarraf dwar l-infezzjonijiet varji tal-Hepatite, kif jiġu trasmessi, u kif ukoll dwar min hu f’riskju u fuq kollox kif tista ssir prevenzjoni. Il-Ministru qal li n-numru ta persuni madwar id-dinja li għandhom il-Hepatite huwa wieħed inkwetanti. Fil-fatt l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tistma li hawn 1.4 miljun persuna li għandhom il-Hepatite A, 2 biljun persuna li għandhom il-Hepatite B u mill anqas 130 miljun persuna li huma infettati kronikament mill Hepatite Ċ.
F’Malta, figuri miġbura mit-tobba tal-familja, mill-GU Clinic u Assoċjazzjonijiet li jaħdmu ma persuni li għandhom il-vizzju tad-droga, jindikaw li matul l-aħħar sena ġew rappurtati 39 każ ta Hepatite A, 30 każ tat-tip B u 28 każ tat-tip Ċ.
Il-Ministru appella lill pubbliku biex kulħadd jinforma ruħu aħjar dwar il-Hepatite u l-metodi sempliċi ta kif wieħed jista jevita Ii jieħu l-infezzjoni. Huwa biss dmir tagħna li naraw li uliedna, hi x’inhi l’eta tagħhom, ikunu jafu x’għandhom jagħmlu biex jevitaw il-Hepatite.
Hu qal li hawn tilqima kontra l-Hepatitie A li tagħti protezzjoni għal-25 sena. Pajjiżna joffri will it-tilqima kontra l-Hepatite B lit-tfal kollha permezz tal-iskema nazzjonali tat-tilqim. Sa issa ma teżisti l-ebda tilqima kontra l-Hepatite Ċ.
Dr Charmaine Gauci, Direttur tat-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard qalet li attivitajiet ta outreach f’postijiet pubbliċi bħal ma qed issir huma importanti għax ilaqqgħu professjonisti mħarrġa u nfurmati ma persuni li juru interess f’ambjent informali. Hi qalet li b’naqra attenzjoni wieħed jista jevita problemi kkumpikati tas-saħħa. Dr Gauci qalet li eżempju bażiku u dak tal-ħasil frekwenti tal-idejn u użu ta kliniċi liċenzjati meta jsir xi tattoo, body piercing u electrolysis.
Dr Gauci ħabbret li d-Direttorat se jkun jniedi kampanja informattiva f’diversi rħula u postijiet pubbliċu u mezzi tax-xandir. Hi appellat biex min għandu dubju jew qiegħed jissuspetta li għandu l-Hepatite għandu jikkuntattja tabib malaj sabiex tiġi aċċerata il-kundizzjoni medika tal-persuna.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017