Left arrow Go Back

PIXKERIJA ĠDIDA, INVESTIMENT GĦAS-SAJJIEDA U GĦAL SAĦĦET IL-KONSUMATUR

pr1665
Date Icon 26/07/2012

Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żar is-sit fejn se jsir il-proġett ta’ bini ta’ Pixkerija ġdida fil-Marsa. Wara li f’Settembru tas-sena l-oħra nħarġu l-permessi meħtieġa, u sar il-proċess kollhu marbut mat-tenders, fil-ġimgħat li ġejjin se jinbeda x-xogħol fuq il-bini ta’ Pixkerija ġdida li se tkun mibnija skont l-ogħla standards Ewropej.

Ix-xogħol ser ikun maqsun f’erba’ fażijiet bl-ewwel xogħol ikun dak tat-twaqqigħ tal-bini li sa’ ftit ilu kien jintuża biex jakkomoda l-RO Plant tal-Marsa, li issa ġiet dikumissjonata u żmantellata mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma. Wara se jibda x-xogħol fuq il-bini ta’ żewġ sulari li se jinkludi l-pixkerija fis-sular t’isfel u processing plant fis-sular ta’ fuq.

Għalhekk is-sular t’isfel ser ikun mgħammar bil-faċiltajiet kollha li tinħtieġ għall-operat ta’ pixkerija fiż-żminijiet tal-lum filwaqt li l-bini ta’ sular fuq il-pixkerija ser jintuża għall-ipproċessar tal-ħut, billi se tiprovdi spazju u apparat biex ħut li ma jinbigħx ikun jista’ jiġi pproċessat ħalli l-konsumatur igawdi minn għażla akbar ta’ prodotti friski.

Dan il-bini l-ġdid mibni fuq art ta’ 2,700 metru kwadru se jkopri wkoll spazju għal parkeġġ għall-impjegati kif ukoll għal min ikollu bżonn jinqeda minn dan il-post. Din il-pixkerija se tkun tista’ tilqa’ fiha 12-il pitkal.

Il-Ministru Pullicino qal li s-sajjieda permezz ta’ dan il-proġett se jingħatalhom aktar spazju biex ikunu jistgħu jħottu l-qabda tagħhom minn fejn il-bejgħ tal-ħut jista’ jsir f’ambjent ta’ standard għoli li jinkludi  iġjene, maniġġ ta’ skart u operat inġenerali aħjar. Dan l-operat se jwassal biex sew is-sajjied il-pitkal kif ukoll il-konsumatur ser ikunu jistgħu jaħdmu u jinqdew f’kundizzjonijet aħjar. 

Dan il-proġett mistenni jitlesta f’sena u nofs oħra filwaqt li qed isir b’investiment ta’ €3 miljun, b’kofinanzjament minn fondi Ewropej li jlaħħqu mal-75%.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow