STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
L-Oppożizzjoni tikkonferma li ma fehmet xejn
Waqt konferenza tal-aħbarijiet imsejħa mill-Oppożizzjoni aktar kmieni llum, l-istess Oppożizzjoni kkonfermat li dak li qalet il-bieraħ fi stqarrija mimilja żbalji, fil-fatt intqal sforz in-nuqqas ta’ interess fil-qasam tas-saħħa.
Għaldaqstant, għal darboħra f’inqas minn 24 siegħa, il-Ministeru jispjega li l-proċess ta’ interview mal-Gvern ma għandux x’jaqsam mar-riżultati tal-eżamijiet.
Huwa r-riżultat li jagħti l-kwalifika lill-persuna u mhux l-interview. L-Interview huwa proċess kompletament differenti u studjat apposta biex permezz tiegħu ssir evalwazzjoni tal-persuna fuq livelli differenti, bħall-esperjenza miksuba matul is-snin bħala student u kwalitajiet personali.
Għaldaqstant dan huwa proċess għal kollox differenti minn xi tip ta’ eżami edukattiv. Dan il-proċess isir qabel ma jiġu ppubblikati r-riżultati tal-eżamijiet sabiex jitħaffef il-proċess tal-ingaġġ. Naturlament jekk persuna ma kkwalifikatx ma tkunx tista’ tiġi kkunsidrata għall-impjieg.
L-Oppożizzjoni llum ippruvat saħansitra titbiegħed mill-istqarrija tagħha stess wara li għamlet akkużi serji fil-konfront tas-sistema, u allura ta’ min iħaddimha.
Għal darboħra l-Ministeru jikkundanna kull tip ta’ tgħajjir fil-konfont ta’ ħaddiema u professjonisti u jappella għal aktar maturità minn Oppożizzjoni li, filwaqt li tista’ tagħżel li ma titkellimx dwar politika u pjanijiet għall-qasam tas-saħħa, għandha d-dmir li tivverifika l-fatti qabel ma takkuża.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017