IKOMPLI JIŻDIED IN-NUMRU TA’ OPERAZZJONIJIET LI JSIRU FL-ISPTAR MATER DEI
Medja ta’ 5 operazzjonijiet fis-siegħa, lejl u nhar, Ħdud u festi
Statistika mill-Isptar Mater Dei turi li l-pjanijiet varji li saru sabiex jiżdied in-numru ta’ operazzjonijiet, u allura jonqos iż-żmien ta’ stennija għall-pazjent, qiegħed ikompli jħalli l-frott.
Fil-fatt bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena saru total ta’ 19,049 operazzjoni differenti li huwa żieda ta’ 1,009 operazzjoni fuq l-istess żmien tas-sena li għaddiet kif indikat fit-tabella hawn taħt.
Xahar | Operazzjonijiet | Żieda fuq l-2011 |
Jannar | 3,947 | 302 |
Frar | 3,507 | 121 |
Marzu | 3,826 | 96 |
April | 3,692 | 175 |
Mejju | 4,077 | 315 |
TOTAL | 19,049 | 1,009 |
Din iż-żieda tkompli tibni fuq dak li kien miksub fis-snin ta’ qabel. Matul it-tnax-il xahar tas-sena li għaddiet kienu saru total ta’ 43,747 operazzjoni li kienet żieda ta’ 1,952 operazzjoni fuq is-sena ta’ qabel u żieda ta’ 11,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena tal-isptar l-antik San Luqa.
Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Joe Cassar jirringrazzja lil dawk il-professjonisti u ħaddiema kollha li huma involuti f’dan il-proċess. Il-Ministru qal li huwa importanti li wieħed jirrealizza li minn kemm ilu li nfetaħ l-Isptar Mater Dei, il-Gvern investa aktar fil-pazjent u żied it-tip ta’ interventi li jsiru. Dan issarraf f’livell ta’ kura aktar avvanzat kif ukoll f’aktar possibiltajiet ta’ fejqan għall-pazjent. Fost oħrajn hemm diversi interventi ġodda li matulhom il-professjonisti jagħmlu użu minn apparat sofistikat. Dawn jinkludu Deep Brain Stimulation li tinvolvi l-installazzjoni ta’ elettrodi fil-moħħ tal-persuna, Radio Frequency Ablation li tuża s-sħana ġenerata minn frekwenzi għolja sabiex jitneħħa tumur, Transcatheter Aortic Valve Implantation li permezz tagħha jiġi mqiegħed valve fil-qalb tal-pazjent mingħajr il-bżonn ta’ open heart surgery, Cochlear implants li hi magħrufa wkoll bħala bionic ear, u proċeduri oħrajn.
Dr Cassar qal li żdiedu wkoll il-konsulenti u speċjalisti barranin li qed jiġu minn barra u joffru servizz lill-pazjenti fl-Isptar Mater Dei u jevitaw il-bżonn li l-pazjent isiefer. Dan huwa wkoll grazzi għal Sptar modern li huwa mgħammar b’teknoloġija li tassisti lill-professjonist waqt proċeduri mediċi.
Iż-żieda sostanzjali fin-numru ta’ operazzjonijiet, li ma tinkludix dawk li huma mħallsa mill-Gvern iżda jisru fil-privat, huwa r-riżultat ta’ pjan strateġiku intiż biex inaqqas iż-żmien ta’ stennija għall-pazjenti. Dan ġie inmiedi fl-2009 u li ħalla impatt immedjat hekk kif huwa indikat fit-tabella hawn taħt.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017
pr1661.JPG