KORSIJIET FL-ITS F’GĦAWDEX GĦAS-SENA AKKADEMIKA 2012-2013
Fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Għawdex qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal għadd ta’ korsijiet li ser ikun qed joffri matul is-sena akkademika 2012-2013, sabiex kemm studenti kif ukoll ħaddiema jingħataw l-opportunità li jitħarrġu f’diversi kompetenzi marbuta mas-settur tat-turiżmu. Minbarra li jkabbru l-potenzjal biex aktar żgħażagħ u ħaddiema jitħajru jaqbdu karrieri fil-qasam turistiku, dan it-tagħlim u taħriġ jissarraf ukoll f’servizzi aktar tajbin fis-settur turistiku fuq il-gżira ta’ Għawdex.
Il-korsijiet, full time u part time li ser jibdew f’Ottubru li ġej jinkludu:
Full time
• ESTS Apprenticeship Course
• Certificate in Food Preparation and Production
Part Time
• Food and Beverage Service
• Food Preparation & Culinary Art
• Pastry & Baking
• Maltese Cuisine
• Bar Operations
• Wines & Spirits Educational Trust
• Food Handlers’ Hygiene Certificate
• Front Office Operations
• Housekeeping
Aktar informazzjoni dwar il-korsijiet offruti fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Malta u Għawdex, tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku:
http://www.its.edu.mt/files/9/ITS%20Prospectus%202012.pdf
L-applikazzjonijiet għal dawn il-korsijiet jagħlqu nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Lulju f’nofsinhar. Studenti u parteċipanti oħra Għawdxin li huma interessati li jsegwu korsijiet tal-ITS kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex, jistgħu jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom fil-Kampus ta’ Għawdex stess ġewwa l-Qala.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017