Left arrow Go Back

IL-KONSOLAT ĠENERALI TA’ MALTA F’ISTANBUL FIT-TURKIJA B’IMPENN LEJN TISĦIEĦ BEJN MALTA U T-TURKIJA FL-OQSMA TAL-INVESTIMENT U L-KUMMERĊ

pr1632
Date Icon 24/07/2012

It-Turiżmu u l-Edukazzjoni  prioritijiet ewlenija għall-Konslu Ġenerali f’Istanbul

It-turiżmu kien prijorità fuq l-aġenda tal-Konslu Ġenerali Malti f’Istanbul. Fi Frar 2012, il-Konslu Ġenerali ta’ Malta f’Istanbul, it-Turkija Reuben Gauci żar l-istand ta’ Malta fil-Fiera Turistika EMITT f’Istanbul, liema stand ġiet imtella’ mill-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (l-MTA). L-EMITT (Wirja tal-Ivvjaġġar Turistika tal-Lvant tal-Mediterran) hija l-ħames l-akbar wirja ta’ din ix-xorta u din is-sena laqqgħet aktar minn 60 pajjiż.

Matul iż-żjara tiegħu, il-Konslu Ġenerali tkellem ma’ ġurnalisti li kienu preżenti għal wirja fuq Malta. Iktar tard din is-sena, il-Konslu Ġenerali ta’ Malta f’Istanbul, it-Turkija Reuben Gauci, iltaqa’ mal-President tal-Assoċjazzjoni tal-Aġenti tal-Ivvjaġġar Torok (TÜRSAB). It-TÜRSAB hija interessata li timmultiplika d-destinazzjonijiet tagħha u qegħda tħares ’il quddiem biex tippromovi lil Malta bħala destinazzjoni għat-tursiti Torok. Il-Konslu Ġenerali indirizza workshop fuq Malta li ttella’ ġewwa lukanda f’Istanbul, it-Turkija. Dan il-workshop ġie organizzat mill-agenzija tal-ivvjaġġar Maltija, Orange Travel, li għandha uffiċċju fit-Turkija, fost l-oħrajn.

Il-Konslu Ġenerali tkellem fuq il-potenzjal turistiku li Malta dejjem kellha u qal li l-ospitalità dejjem kienet fin-natura tal-poplu Malti.

Fl-aħħar t’April 2012, il-Konslu Ġenerali Reuben Gauci ffirma ftehim ġdid mal-aġenzija tal-ġbir tal-viżi VF Worldwide Holdings Limited (VFS), li topera fit-Turkija kif ukoll f’pajjiżi oħrajn. Permezz ta’ dan il-ftehim ġdid, ċittadini Torok kif ukoll ċittadini ta’ pajjiżi oħra li għandhom permess ta’ residenza fit-Turkija jistgħu jiddepożitaw l-applikazzjoni tagħhom għal viża biex iżuru Malta fi tlitt ibliet Torok oħra minbarra l-ibliet ta’ Istanbul u Ankara li diġà huma koperti fil-ftehim li ġie ffirmat mal-VFS f’Marzu 2010. Dan il-ftehim il-ġdid jinkludi ħamest ibliet li huma Istanbul, Ankara, Iżmir, Bursa u Gaziantep.

F’Marzu 2012, il-Konslu Ġenerali ta’ Malta f’Istanbul, it-Turkija Reuben Gauci għamel taħdita fuq “Malta: Il-Binja ta’ Stat” fl-Università Bilgi f’Istanbul. Din it-taħdita saret fuq invit mid-Dipartiment tar-Relazzjonjiet Internazzjonali. Matul it-taħdita, il-Konslu Ġenerali tkellem fuq l-Istorja ta’ Malta li wasslet biex Malta issir Stat Sovran. Il-Konslu Ġenerali tkellem ukoll fuq il-Politika Barranija ta’ Malta li l-għan prinċipali tagħha huwa l-promozzjoni tal-paċi u l-inkoraġġiment għad-djalogu speċjalment fil-Mediterran. Wara din it-taħdita, ġie stabbilit kuntatt bejn l-Università ta’ Malta u l-Università ta’ Bilgi, Istanbul għal skambju ta’ studenti tar-Relazzjonijiet Internazzjonali minn Malta u t-Turkija permezz tal-programm tal-Edukazzjoni Għolja Erasmus.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow