Left arrow Go Back

KUNĊERT FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL MILL-WOLVERHAMPTON YOUTH WIND ORCHESTRA

pr1631
Date Icon 23/07/2012

Ir-Residenza San Vinċenz de Paul minbarra li hija attrezzata biex tagħti s-servizzi tagħha lil madwar 1200 anzjan tara li r-residenti jingħataw kura ħolistika u għalhekk tindirizza l-aspett soċjali, psikoloġiku u reliġjuż tar-residenti. Filfatt ir-Residenza matul is-sena torganizza għadd kbir ta’ attivitajiet biex jintlaħqu dawn l-għanijiet. Dawn l-attivitajiet jiġu organizzati mit-Taqsima tal-Entertainment tar-Residenza.

Il-Ħadd 22 ta’ Lulju 2012 sar kunċert taħt il-patroċinju tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, Mario Galea, minn Wolverhampton Youth Wind Orchestra, u ttella’ mill-Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu II fil-pjazza ta’ quddiem il-Kappella tal-Qalb ta’ Ġesù fir-Residenza.  Matul il-ġurnata l-kallotta oriġinali ta’ Ġwanni Pawlu II iddawret mas-swali kollha.

Il-Fondazzjoni Papa Ġwanni Pawlu II hija għaqda mhux governattiva bil-għan li tiċċelebra l-memorja ta’ dan il-Papa maħbub, liema Papa fir-Residenza għandna Blokk 5 imsemmi għalih.

Dan il-kunċert huwa parti miċ-ċelebrazzjonijiet tas-Sena Ewropea 2012 iddedikata lill-Anzjanità Attiva u Solidarjetà bejn il-Ġenerazzjonijiet.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow