Left arrow Go Back

AWGURI TAL-MINISTRU CRISTINA LILL-ATLETI MALTIN TAL-OLIMPJADI

pr1629
Date Icon 23/07/2012

Il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Dolores Cristina tixtieq tawgura lill-atleti Maltin li se jipparteċipaw fil-Logħob Olimpiku ta’ Londra, li jkollhom prestazzjoni tajba li tagħmel unur lilhom u lil pajjiżna.

Li atleti jingħażlu biex jipparteċipaw f’logħob hekk prestiġjuż fuq livell internazzjonali, diġà hu ta’ suċċess għalihom.  Filwaqt li wieħed japprezza li din hi kompetizzjoni fuq livell internazzjonali li fiha jipparteċipaw l-aqwa atleti tad-dinja f’diversi dixxiplini, l-atleti Maltin ħadu l-preparazzjoni tagħhom bl-akbar serjetà u żgur li se jagħmlu l-almu kollu biex jagħtu l-aħjar tagħhom.

Ikunu xi jkunu r-riżultati miksuba, l-atleti Maltin jistgħu jkunu ċerti li għandhom warajhom il-pubbliku sportiv Malti li jixtiqilhom li jagħmlu esperjenza pożittiva minn din l-avventura sportiva.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow