STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA MAĦRUĠA MILL-ONOR MICHAEL FRENDO MP, SPEAKER TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI
Dalgħodu, l-Onor Jeffrey Pullicino Orlando żar l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Michael Frendo, fl-uffiċċju tiegħu fil-Palazz il-Belt Valletta fejn għaddielu ittra li taqra hekk:
“19.7.12
Mr Speaker
I would like to inform you that I have resigned from the Nationalist Party. I have informed the leader of the party Dr. Lawrence Gonzi that, while I still consider him to be the Prime Minister of Malta, I no longer form part of his parliamentary group and do not consider the PN parliamentary whip as having any form of authority with regard to my actions in the coming months. I intend to continue serving out my term in the House of Representatives as an independent member.
Yours,
Dr. Jeffrey Pullicino Orland M.P.”
Fil-laqgħa l-Onor Pullicino Orlando, b’referenza għall-kliem “while I still consider him to be the Prime Minister of Malta”, huwa spjega lill-Mr Speaker li huwa jikkonsidra ruħu f’koalizjoni mal-Gvern u li huwa se jkompli jappoġġja lill-Gvern attwali fil-Parlament sakemm ma jagħmilx dikjarazzjoni xort’oħra għar-rigward ta’ xi mozzjoni u/jew leġislazzjoni speċifika.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017