Left arrow Go Back

AĊĊESS GĦAL AKTAR RIŻULTATI MEDIĊI PERMEZZ TAS-SIT MYHEALTH: IS-SISTEMA QED TINTUŻA MINN 1,195 PERSUNA

pr1622
Date Icon 23/07/2012

Is-servizz ġdid tas-saħħa myHealth issa qiegħed joffri aċċess għal aktar riżultati ta’ eżamijiet mediċi.  Fil-fatt dawk li qed jużaw dan is-servizz issa għandhom aċċess għal:

  • discharge letters tal-Isptar Mater Dei (case summaries)

  • lista tat-tobba li jistgħu jaħdmu f’pajjiżna, u li lilhom tista’ twassal it-tagħrif mediku tiegħek permezz tal-myHealth

  • informazzjoni dwar il-mediċini li inti bħalissa intitolat li tiġbor permezz tas-servizz tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek

  • il-parti l-kbira tar-riżultati tal-laboratorju (Haematology, Biochemistry, Immunology u Toxicology), li jkunu nħadmu mil-laboratorji tal-Gvern

  • rapporti dwar l-eżamijiet kollha diġitali ta’ x-rays, CT scans, MRI, Ultrasound, eċċ, li jkunu saru fl-isptarijiet u l-kliniċi tal-Gvern

Permezz ta’ dan is-servizz, li huwa sistema online, il-pazjenti issa għandhom aċċess dirett għat-tagħrif mediku tagħhom permezz tal-internet.  Il-pazjent jista’ jagħżel it-tabib jew tobba tiegħu mill-lista ta’ tobba li jistgħu jaħdmu f’pajjiżna.  Ladarba dan isir, it-tabib magħżul jew tobba magħżula jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni medika, u jistgħu jagħtu aċċess lill-pazjenti għar-riżultati tal-laboratorju u r-rapporti fuq l-x-rays, eċċ.

Il-Proġett myHealth tlesta fi żmien sena b’investiment ta’ 350,000 Ewro u kien tnieda fl-aħħar ta’Jannar ta’ din is-sena.  Minn dakinhar ’l hawn baqgħu jiżdiedu n-numru ta’ persuni li jagħmlu użu mis-servizz li joffri kumdità u aċċessibiltà kontinwa.

Dr Hugo Agius Muscat, National eHealth Coordinator, spjega li l-ewwel pass li jrid jagħmel il-pazjent hu li jirreġistra għall-e-id.   Wara dan il-pass il-pazjent ikun jista’ jidħol fis-sit u minn hemm jagħżel tabib / tabiba mill-lista tat-tobba li jistgħu jaħdmu Malta.  Hu qal li l-għażla mhix limitata għal tabib wieħed biss u li b’dan il-mod il-pazjent ikun qiegħed jagħti permess lit-tabib / tobba li jkun għażel, biex ikollhom aċċess għar-riżultati mediċi tiegħu.

Il-Ministru  għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità Joe Cassar qal li dan is-servizz kien pass ieħor importanti fl-istorja tas-servizzi tas-saħħa hekk kif qiegħed isaħħaħ ir-relazzjoni bejn is-servizzi tas-saħħa tal-pajjiż u dawk tal-privat.

Il-Ministru qal li l-politika tal-Gvern fil-qasam tas-saħħa dejjem kienet dik li jtejjeb il-livell mhux biss tal-kura li tingħata imma wkoll tal-infrastruttura. Hu qal li, il-myHealth hija r-riżultat ta’ din il-politika u li, apparti vantaġġi oħra, din se sservi bħala punt ta’ referenza għall-pazjenti u allura jfisser li l-persuna tkun tista tieħu aktar ħsieb ta’ saħħitha,  għax id-deċiżjonijiet dwar is-saħħa jkunu bbażati iżjed minn qabel fuq ir-riżultati mediċi. Hu fakkar li pajjiżna huwa wieħed mill-ewwel pajjiżi Ewropej li fih qiegħed isir avvanz daqshekk prominenti fis-saħħa.

Is-sit jinsab fuq l-indirizz www.myhealth.gov.mt u joffri wkoll il-possibiltà li l-persuna tirċievi notifika permezz ta’ email meta jkun hemm riżultat ġdid.  Il-lista ta’ servizzi tinsab fuq in-naħa tal-lemin tal-ewwel paġna.

Huwa importanti li wieħed ikollu e-id biex ikollu aċċess għal dan is-servizz.  Aktar informazzjoni dwar kif tista ' ssir l-e-id tista’ tinkiseb permezz tat-telefon 21226627 jew 21226628, jew mis-sit www.mygov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow