STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ
B’referenza għall-istqarrija li ħarġet illum il-MUMN, il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità jixtieq jiċċara li ħatar lis-Sur Gejtu Vella biex jagħti pariri dwar relazzjonijiet industrijali a bażi tal-fatt, li kif jaf tajjeb il-President tal-MUMN is-Sur Pawlu Pace, Gejtu Vella għandu snin twal ta’ esperjenza f’dan il-qasam tant sensittiv.
Gejtu Vella jgawdi l-fiduċja ta’ ħafna persuni midħla ta’ dan is-settur u l-kontribut tiegħu f’dawn il-materji huwa wieħed validu ħafna.
L-allegazzjonijiet li għamel Pawlu Pace, huma għal kollox infondati peress li Gejtu Vella mhux talli mhux qed jimmina lill-unions, talli qed jaħdem magħhom sabiex jinstabu s-soluzzjonijiet prattiċi u amikevoli fuq il-materji mqajma mill-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom. Xhieda ta’ dan huma l-Unions l-oħra kollha li diġà ħadmu u għadhom qed jaħdmu u jiltaqgħu mal-Uffiċjali tal-Ministeru tas-Saħħa b’mod regolari.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017