ĦARSIEN TAS-SAĦĦA GARANTIT ANKE META TKUN GĦAL BTALA JEW TISTUDJA BARRA MINN PAJJIŻNA
L-Onor. Joe Cassar, Ministru tas-Saħħa, l-anzjani u l-kura fil-komunità, waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet qal li ħafna ċittadini ġieli jinsew jew ma japprezzawx biżżejjed kemm żdiedu d-drittijiet tagħhom mad-dħul ta’ Malta bħala Membru sħiħ ta l-Unjoni Ewropeja. Qabel l-2004, kull ċittadin Malti li kien imur btala, jintbagħat jaħdem barra mill-kumpanija tiegħu jew imur jistudja barra minn pajjiżna ma kellux id-dritt li jieħu kura b’xejn f’istituzzjoni tas-saħħa ta’ pajjiżi oħra ta’ l-Unjoni Ewropeja, fil-kaz li jinqalalu xi aċċident jew emergenza marbuta mal-kura tas-saħħa. Dan kien ikollu jagħmel tajjeb għall-ispejjez l-individwu nnifsu.
European Health Insurance Card (jew fil-qosor l-EHIC), tagħti d-dritt liċ-ċittadini Maltin sabiex ikollhom aċċess għall-kura tas-saħħa meta jkunu qegħdin fuq btala jew imsifrin f’firxa ta 30 pajjiż ieħor, fosthom L-Italja, Spanja, L-Ingilterra, l-Germanja, Franza u pajjiżi oħra Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropeja u r-Regjun Ekonomiku Ewropew (EEA) u l-Izvizzera, destinazzjonijiet komuni u mfittxija mat-turist Malti.
Il-Gvern, permezz tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunita, issa ilu joffri dan is-servizz sa mill-2006, u baqa’ jinkoraggixxi liċ-ċittadini Maltin sabiex japplikaw u jagħmlu użu mill-Health Insurance Card. Illum wieħed għandu l-faċilita ta’ website informattiva (Sit: http://ehealth.gov.mt) u l-aċċess għall-applikazzjonijiet online huwa faċli (Sit: http://ehic.gov.mt). Permezz tal-egovernment, persuna li għandha e-id tista tapplika mill-ewwel b’lanqas inkonvenjent. Ricentement il-Kummissjoni Ewropeja qed tipprovdi sit min fejn wieħed jista’ wkoll inizzel l–applikazzjoni għall-EHIC, kif ukoll kull informazjoni relatat fuq smartphones iOS, Android and Windows mobile eċċ (Sit: http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=559&langId=en).
Fil-fatt sa llum fic-cirkulazzjoni f’ Malta hawn aktar minn 154,378 persuna jew circa 36.97% tal-popolazzjoni li huma koperti b’dan iċ-certifikat. L-għan tal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunita hu li jara li l-parteċipazzjoni tkompli tikber sabiex nilħqu miri għola.
L-Onor. Joe Cassar, jinnota li mis-sena l-oħra, ittieħdet deċizjoni siewja fejn il-perjodu ta’ validita’ ta’ dan iċ-ċertifikat jew card żdied minn 3 snin għall-5 snin. B’hekk zdied il-perjodu ta’ assigurazzjoni fil waqt li tnaqqas il-konvenjent għall-dawk li huma rregistrati. Matul, is-sena 2011 ġew ipprocessati mill-Entitlement Unit aktar minn 44 elf applikazzjoni, fejn min dawn l-applikanti 500 għamlu użu minnha, filwaqt li sa l-gimgħa l-oħra, in-numru ta’ EHICs li ġew ipprocessati fl-2012 sa issa diga tela’ ghal fuq it-30 elef. Dan juri biċ-ċar li aktar u aktar persuni qegħdin japprezzaw l-opportunitajiet li għandhom bħala ċittadini Ewropej u kif jistu jibbenifikaw bħala tali.
Mr Joe Callus, Assistent direttur tal-Entitlement Policy u kap tal-Entitlement Unit qal ukoll li waħda mill-aktar beneficcji importanti pero mhux daqshekk mill-ewwel evidenti bid-dħul ta’ l-EHIC kien l–fatt li sa ftit snin ilu persuni li kienu ibaghati b’xi kundizzjoni kronika jew għandu bżonn ta’ xi kura inkluż renal dyalysis, oxygen therapy eċċ kienu jibżgħu jmorru għall-btala jew jevitaw li jivvjaggaw. Permess ta’ dan id-dritt issa persuna li tbati minn mard kroniku u li jkollha bżonn tittikorri għal xi forma ta’ trattament waqt li tkun btala, issa tista’ tagħmel dan mingħajr xkiel. Dawn il-persuni għandom javżaw minn qabel sabiex isirulhom l-appuntamenti neċċessarji minn hawn Malta u hekk ikunu moħħom mistrieħ li waqt il-btala tagħhom li għandhom aċċess għal kura meħtieġa permezz ta’ l-EHIC.
B’hekk kull ċittadin Malti għandu l-ħarsien tas-saħħa garantit anke meta tkun għal btala jew tistudja barra minn pajjiżna, dritt li ma kienx jeżisti qabel ma’ Malta saret membru sħiħ fl-Unjoni Ewropeja.
Mr Yosef Vassallo, żagħżugħ ta’ 16 il-sena ta’ l-esperjenża tiegħu ta’ kemm sab din il-card utli meta mar fuq skiing aktar kmieni din is-sena fl-Austrija, fejn ġie ttrattat bħal kull ċittadin ieħor ta’ dak il-pajjiż fejn ittiħidlu x-ray u tawh injections b’xejn.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017