STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMMUNITÀ
Il-Fatti imeru dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni
L-oppożizzjoni tipprova tkisser l’avvanzi kbar li qed isiru fis-settur tas-saħħa
Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità jiddeplora l-attak li sar mill-Partit Laburista fuq il-ħaddiema fil-qasam tas-saħħa.
Dalgħodu waqt attivita politika il-Partit Laburista saħansatra qal li s-sistema tas-saħħa qabel kienet aħjar filwaqt li attakka il-ħidma t’ eluf ta persuni li jaħdmu fil-qasam.
Il-Ministeru jixtieq jiċċara dawn il-fatti, li jġibu fix-xejn il-gideb li ntqal dalgħodu.
Dijabete – L-Investiment li sar f’dan is-settur qiegħed jagħti l-frott. Dan jafuħ sew il-pazjenti li llum qed jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar. Illum hemm sistema ta’ monitoring aktar effiċjenti u sar investiment fi clinics u apparat ieħor. L-akbar riżultat hu l-fatt li qed nirreġistraw tnaqqis ta 33% fin-numru ta’ amputazzjonijiet li kienu jsiru qabel.
Riforma ta’ Schedule V – Ftit ilu tnehdiet riforma li permezz tagħha ġie rduppjata in-numru ta’ kundizzjonijiet meqjusa bħala mard kroniku minn 38 għal 79. Dan ifisser li llum ħafna aktar persuni jistgħu jiġbru mediċini b’xejn. Fil-fatt hu stmat li t-total ta’ persuni li jistgħu jibbenefikaw minn mediċini b’xejn issa żdied għall madwar 124,215-il persuna. Dawn il-persuni għandhom aċċess għall lista dejjem titwal t’ aktar minn 1,300 mediċina b’xejn.
Operazzjonijiet – Il-fatti juru li ż-żmien ta’ stennija għall-operazzjonijiet naqas. Il-fatt li fl-Isptar Mater Dei qed jiġu operati numru dejjem akbar ta’ pazjenti qiegħed jirriżulta f’aktar persuni jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar. Is-sena li għaddiet fl-iSptar Mater Dei saru total ta’ 43,747 operazzjoni. Dan ifisser żieda ta’ 1,952 operazzjoni fuq is-sena 2010. Dan ifisser ukoll żieda ta’ 11,001 operazzjoni mill-aħħar sena sħiħa tal-isptar San Luqa.
Kura għat-Thyriod – anke hawnekk il-fatti juru mod ieħor. Minħabba li din il-kura tinvolvi radjazzjoni, din tirrikjedi attenzjoni massima u kura partikolari u fost oħrajn tinvolvi proċess li jissaqlvagwarja lill-pazjenti, ħaddiema u familjari mir-riskju ta’ kontaminazzjoni. Għalhekk huwa proċess li jdum. Ittieħdu passi immedjati fl-interess tal-pazjent, fosthom li jintbagħtu pazjenti Maltin għall-kura fl-isptar Royal Marsden, Londra u li ssir kamra oħra dedikata għall- “radio iodine special treatment” fl-isptar Boffa. Filwaqt li l-pjanijiet delikati għal din il-kamra huma prattikament lesti, diġa saru il-kuntatti mediċi neċessarji mal-isptar Ingliż u fil-jiem li ġejjijn se jintbgħatu l-ewwel tmien pazjenti għall-kura l-Ingliterra.
Onkoloġija - Għal darb’ oħra qed tiġi miċħuda l-istqarrija ta’ Dott Muscat li fin-negattiviżmu tiegħu weħel ma’ frażi li issa ilu jgħid bosta snin. Fil-fatt qatt ma sar ħlas lill-Skanska sabiex jinbena ċ-ċentru tal-Onkoloġija. Sfortunatament il-Ministeru jinnota wkoll li Dott Muscat aktar jinteressaħ mill-ispazju għall-parkeġġ milli miċ-Ċentru tal-Onkoloġija.
Fil-fatt dak li ma qalx Dott Muscat hu li filwaqt li fil-preżent fl-iSptar Sir Paul Boffa hemm 27 sodda għall-kura tal-kanċer, iċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija se jkollu total ta’ 96 sodda - 74 sodda in patient u 22 sodda fid-Day Care. Dott Muscat injora għal-kollox l-avvanzi li qed isiru fil-qasam tal-kanċer fejn illum pajjiżna għandu pjan nazzjonali tal-kanċer, programm ta’ screening tas-sider li s’ issa salva 120 mara, il-bidu ta’ programm nazzjonali ieħor ta’ screening din id-darba tal-musrana l-kbira, l-għoti tal-HPV vaccine b’xejn (cervical cancer vaccine) għat-tfajliet ta’ 12-il sena, u żieda fil-mediċini b’xejn għall-pazjenti li għandhom il-kanċer.
Dwar dan kollu Dott Muscat semma biss li inkwetat dwar l-ispazju għal-parkeġġ.
Il-pazjenti ħaqqhom aħjar. Pajjiżna ħaqqu aħjar.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017