Left arrow Go Back

IL-MINSTRU JASON AZZOPARDI IĦABBAR PROPOSTI ĠODDA GĦAL EMENDI FIL-LIĠI TAL-KOPERATTIVI

pr1519
Date Icon 07/07/2012

Fl-okkażjoni ta’ Jum Internazzjonali, fis-sena ddedikata lill-Koperattivi min-Nazzjonijiet Uniti, li kien iċċelebrat llum, il-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur Jason Azzopardi żar l-koperattiva Rurali Manikata.   Il-Ministru Azzopardi rrimarka li f’Malta hawn madwar 55 koperattiva, li huma forma oħra ta’ negozju, u li bejniethom jħaddnu madwar 5,0000 membru.  Il-koperattiva Rurali Manikata bdiet topera fl-2007 u llum tħaddan 29 membru u timpjega 8 part timers.  Il-membri ta’ din il-koperattiva ikopru bejniethom xejn inqas minn 80 tomna raba’.   L-għan ewlieni tal-koperattiva huwa li jissalvagwardja l-ambjent agrikolturali u l-istorja ta’ dan il-post fil-Manikata.  Din il-koperattiva kienet ingħatat propjeta mid-Dipartiment tal-Artijiet fl-2010 sabiex fiha, l-membri setgħu jarmaw il-ħaxix u l-frott u jkunu jistgħu jbiegħuh għall-pubbliku ġenerali.  Il-Ministru Azzopardi saħaq li permezz ta’ dawn l-għotjiet ta’ artijiet, diversi għaqdiet fosthom il-Koperattivi Maltin qed ikollhom post fejn jimirħu u jaqdu l-funzjoni tagħhom bl-aħjar mod possibbli.

Fil-preżent  l-koperattiva Rurali Manikata qed taħdem fuq diversi proġetti fosthom fuq ir-restawr tar-Razzett tal-Qasam u l-promozzjoni tal-prodotti lokali li huma stess jipproduċu u jbiegħu.  Il-koperattiva hija liċenzjata sabiex torganizza mawriet edukattivi u agrikulturali għall-istudenti u t-turisti.  Fil-fatt f’dawn l-aħħar 4 snin żaru dan il-post ‘il fuq minn 13,000 student u gew organizzati 3,300 tour edukattiv.  Il-Ministru Azzopardi saħaq li din il-koperattiva li qed tiġġenera ġid inkalkulabli, hija eżempju ċar tat-tisħiħ tat-turiżmu, il-preservazzjoni tal-agrikoltura Maltija kif ukoll ż-żieda tal-impjiegi.  Il-Ministru qal li dan kollu jgħaqqad u jsaħħaħ oqsma varji li flimkien jsaħħu l-patrimonju Malti.

Intant fiż-żjara tal-lum, il-Ministru Azzopardi ta dettalji dwar l-emendi l-ġodda għal-ligi tal-Koperattivi.  Il-Ministru spjega li wara proċess twil ta’ konsultazzjoni mal-partijiet involuti, il-Gvern evalwa r-rakkomandazzjonijiet u l-proposti li rċieva u l-bieraħ ġiet preżentata mozzjoni fil-Parlament sabiex isir l-ewwel qari ta’ abbozz ta’ liġi li jemenda l-liġi tal-Koperattivi, bil-ħsieb li sa tmiem is-sajf dan ikun ippubblikat. 

Fost il-proposti mressqa, l-Gvern se jkun qed jiffokka partikolarment fuq

- li jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ aktar Koperattivi minn fost il-ħaddiema;

- jiġu nkoraġġati l-koperattivi eżistenti sabiex jimpenjaw irwieħhom f’aspett soċjali;

- jiġu mgħejuna l-koperattivi fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni;

- jinħoloq il-Bank Koperattiv bl-iskop ewlieni li tingħata prijorita lill-bżonnijiet tal-membri;

- isir impact assessment fuq il-liġijiet kollha tal-pajjiż li jkopru s-settur koperattiv;

- jitnieda programm ta’ promozzjoni tal-kunċett koperattiv b’aċċen fuq il-livell terzjarju;

- titnieda kampanja ta’ sensabilizzazzjoni biex jiġu msaħħa l-koperattivi;

- jigi imssaħħaħ il-Bord tal-Koperattivi bil-possibiltà li dan jinbidel f’Awtorità bi struttura u fondi neċessarji;

- jinħoloq id-dritt ta’ appell mid-deċiżjonijiet tal-Bord lit-Tribunal Amministrattiv;

- jimpenja lill-Fond Ċentrali u jagħtih aktar responsabbiltà biex joħroġ b’rakkomandazzjonijiet, ideat u skemi għas-settur koperattiv;

- Jinħoloq iċ-ċans ta’ conversion process, sabiex kumpanija li tkun qed tiġi llikwidata tkun tista’ tinbidel f’entità legali oħra;

- Tiġi kkreata l-possibiltà li kumpanija kummerċjali tinbidel f’koperattiva u viċi versa;

- Jigi introdott u promoss l-kunċett tas-Social Cooperatives.  Dawn jagħtu l-opportunità lill-gruppi ta’ nies li jinkludu persuni żvantaġġjati sabiex ikunu jistgħu jiffurmaw koperattiva u jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol;

- Li jingħata ukoll iċ-ċans fil-kas ta’ kumpanija sussidjajra, li jiġi rkuprat it-taxxa fuq id-dividend b’tali mod li l-membri ma jkollhomx għalfejn iħallsu darbtejn fuq tali dħul meta jsir il-final distribution.

Dawn il-proposti, saħaq il-Ministru se jkunu qed issaħħu s-settur tal-koperattivi u jgħinhom jaħdmu bl-aħjar mod possibli.  Il-Ministru tenna li dan sar fid-dawl tat-titjib tas-settur mhux biss biex jiżdiedu in-numru tal-koperattivi, iżda aktar biex jissaħħaħ il-kunċett koperattiv fejn is-saħħa tax-xogħol tkun mibnija fuq il-kapaċitajiet u r-rieda tal-persuni.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow