Left arrow Go Back

ŻJARA FIR-RIGWARD TA’ ENERĠIJA NADIFA FL-AWSTRIJA

pr1514
Date Icon 06/07/2012

Wara ż-żjara tal-President Awstrijak f’Malta f’April li għadda, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino kien mistieden jagħmel żjara fir-rigward ta’ enerġija nadifa fl- Awstrija. 

Waqt din iż-żjara, il-Ministru ltaqa’ ma’ esperti mis-settur ta’ l-enerġija alternativa fejn iddiskutew is-sitwazzjoni taż-żewġ pajjiżi, l-inċentivi li qed joffru biex iħajru l-pubbliku jinvesti f’din it-tip ta’ enerġija u l-isfidi li l-Gvernijiet qed jiltaqgħu magħhom.

Il-Ministru kellu l-opportunità jżur impjant li jiġġenera enerġija mill-gas u ċ-ċentru tal-informazzjoni tal-BEWAG (Kumpanija li tissuplixxi l-enerġija).  Ġiet organizzata wkoll żjara permezz tal-Austrian Wind Power f’wind park li jħaddem l-ikbar turbini u l-aktar avvanzati li riċentament ġew introdotti fis-suq.

Malta qed timxi bi pjan serju u maqbul mal-Unjoni Ewropea fuq kif se tilħaq il-mira stabbiltà ta’ 10% ġenerazzjoni ta’ enerġija nadifa sas-sena 2020. Il-pjan jinkludi l-proġett tal-irdieden tar-riħ, aktar panelli fotovoltajiċi inkluż fuq soqfa ta’ binijiet pubbliċi, u aktar enerġija mill-iskart.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow