IT-TRATTATI LI FFIRMAT MALTA ISSA JINSABU ‘ONLINE’
It-trattati li Malta ffirmat ma’ għadd kbir ta’ pajjiżi mill-Independenza ’l hawn, issa jinsabu online fuq is-sit tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin: www.foreign.gov.mt . Is-sit elettroniku jagħti l-faċilità li wieħed iniżżel dawn it-trattati. Dan il-proġett sar fuq inizjattiva tal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg. L-uffiċjali tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ħadmu u wettqu dan il-proġett. Il-pubbliku issa għandu l-faċilità li jaċċedi kull trattat mill-kumdita tad-dar jew l-post tax-xogħol jew tagħlim tiegħu fi kwalunkwè ħin.
Dawn it-trattati jistgħu jitniżżlu mis-sezzjoni ‘Treaty Series’ li l-link għaliha tinsab fil-paġna www.foreign.gov.mt. It-tfittxija inħadmet b’tali mod li l-utent jista’ jfittex skont il-pajjiż, l-isem tat-trattat partikolari, id-data tar-ratifika, id-data tal-iffirmar, kif ukoll permezz ta’ keywords differenti.
Dan is-servizz huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu f’pajjżna. Din hija ħolqa oħra mill-katina ta’ inizjattivi li ħa dan il-Ministeru f’din il-leġiżlatura sabiex ikun aktar viċin in-nies.
Other Press Releases:
PR262018
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...
PR262017