Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U

pr1479
Date Icon 03/07/2012

L-Oppożizzjoni Laburista tmaqdar biss u twarrab għal kollox l-isforz tal-ħaddiema

Tul din l-ewwel sena, minn mindu bdiet taħdem il-kumpanija Arriva, ż-żieda fil-passiġġieri kienet bejn disa’ u 11 fil-mija għola fuq s-sena ta’ qabel.

Din il-kumpanija, sena wara, qed tħaddem ‘l fuq minn 1,200 ħaddiem bejn irġiel tal-familja, nisa u ommijiet, u anke numru mdaqqas ta’ żgħażagħ.

Apparti minn hekk kulħadd għadu fehma waħda, dik li s-servizz tjieb ħafna ħdejn li kien qabel u meta mqabbel ma’ sena ilu.

Dan l-isforz kollu, għall-Oppożizzjoni Laburista ma jfisser xejn.

Il-kelliem Laburista, Joe Sammut, li fl-aħħar sena deher biss f’konferenzi stampa biex jallarma n-nies u jdaħħal subajgħ fil-feriti, reġa’ injora għal kollox l-isforz li sar mill-Gvern, mill-ħaddiema ta’ Transport Malta u mill-ħaddiema tal-kumpanija Arriva biex s-servizz illum huwa fid-90 fil-mija tiegħu funzjonabbli kif suppost.

Għall-Oppozizzjoni Laburista ma jfisser xejn li llum għandna arja aktar nadifa grazzi għall-flotta ta’ karozzi Euro V; ma jfisser xejn li llum il-poplu qed jivjaġġa fl-arja kkundizzjonata; ma jfisser xejn li l-Arriva kuljum tagħmel 150,000 waqfa biex taqdi l-klijenti tagħha; ma jfisser xejn li Għawdex, għall-ewwel darba fl-istorja għandu servizz tat-trasport pubbliku.

Il-Gvern mill-ewwel medd idejh biex fejn kien hemm il-problemi jitranġaw mill-aktar fis possibbli u fejn il-kumpanija mhix tonora l-obbligi tal-kuntratt qed tkun kontinwament immultata. Fil-fatt minn Novembru li għadda (meta daħlu fis-seħħ il-multi) l-multi kważi laħqu n-nofs miljun ewro.

Matul l-aħħar xhur saru diversi aġġustamenti fir-rotot u anke fin-noll tal-Park and Ride. Dan għax il-Gvern kien kontiwament widnejh ma’ l-art u sema’ l-bżonnijiet diretti tal-poplu.

Kulħadd jaf li l-bidu huwa kollu iebes, imma llum sena wara, għalkemm fadal lok fejn jitranġaw diversi metodi u affarijiet bħas-sistema ta’ l-IT u tinżamm aktar il-puntwalità, kulħadd jammetti li grazzi għal dan il-Gvern għamilna passi ta’ ġgant fil-qasam tat-trasport, mhux biss dak tat-trasport pubbliku iżda fis-settur kollu. U dan grazzi għar-riformi li saru fis-settur tal-kowċis, tal-minibuses, tat-taxis, tal-electric cabs u anke tal-water taxis.

Imma l-Oppożizzjoni Laburista ħsiebha biss biex tikkritika u tinjora l-isforzi ta’ kuljum ta’ kull ħaddiem fil-qasam tat-trasport biex jaqla’ l-għixien tiegħu. Is-serjeta’, il-viżjoni, t-twettiq ta’ dak imwiegħed u l-għixien tal-familji f’dan is-settur jassigurah biss dan il-Gvern.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow