Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr1467
Date Icon 01/07/2012

Wara l-aħbar tal-mewt tal-immigrant Abdalla Mohammed  ta' 32 sena mill-Mali, il-Gvern bi prudenza ma kkumentax sabiex ikunu jistgħu isiru l-investigazzjonijiet bis-serenità meħtieġa. Issa li tħabbar li 3 persuni tressqu l-Qorti b'rabta ma' dan il-każ, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jistqarr li:

·         waqt li l-prinċipju li kull persuna hija innoċenti sakemm misjuba ħatja għandu jiġi rispettat, il-Gvern jikkonferma t-twemmin tiegħu u tal-poplu Malti fir-rispett sħiħa tad-dinjità invjolabbli ta' kull persuna u li d-drittijiet fundalmentali ta' kull bniedem għadhom jiġu mħarsa u protetti;

·         il-Gvern jitħasseb u jinkwieta meta f’pajjiżna jgħollu rashom elementi estremisti u razzisti.  Dawn ma jirrapreżentawx il-valuri tal-poplu taħhna;

·         il-Gvern iħabbar li ser tiġi institwita inkjesta sabiex tanaliżża b'mod komplet is-servizzi ta' detenzjoni tal-immigranti ġewwa pajjiżna fid-dawl ta’ dak li seħħ f’dan il-każ partikolari kif ukoll fil-kuntest ta’ rakkomandazzjonijiet li diġà saru f’inkjesti preċedenti.

F'kumment li ta dwar dan il-każ, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi esprima d-dispjaċir u swied ta' qalb tiegħu li persuna li ħarbet minn pajjiżha biex tfittex ħajja aħjar kellha tmut din il-mewta traġika. "Ejja nerġgħu nġeddu l-impenn sħiħ tas-soċjetà Maltija li tħares il-valur tal-ħajja f'kull waqt u f'kull ċirkostanza, anke meta l-għażliet ma jkunux faċli."

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow