Left arrow Go Back

STQARRIJA TAS-SERVIZZ TA' DETENZJONI

pr1464
Date Icon 30/06/2012

Dal-lejl il-Kmandant tas-Servizzi tad-Detenzjoni, il-Logotenent Kurunell Brian Gatt kien infurmat mill-Pulizija li immigrant mill-Mali kien ċertifikat mejjet mit-tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid.

Jirriżulta li dan l-immigrant kien talab assistenza medika fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana minn jeddu l-bieraħ wara nofsinhar.  Issejhu l-Pulizija li stabbilew li l-immigrant in kwistjoni kien ilu maħrub miċ-Ċentru tad-Detenzjoni minn Awwissu ta' tliet snin ilu. Minn hemmhekk huwa ttieħed fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta' Ħal Safi fejn hemmhekk beda juri sinjali ta' aggressività lejn immigranti oħra miżmuma fiċ-ċentru. Għal din ir-raġuni huwa ttieħed lura ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana fejn sarlu appuntament biex jigi invistat b'urġenza minn psikjatra dal-għodu stess.

Mar-ritorn tiegħu f'Ħal Safi huwa kompla jkun aggressiv lejn l-immigranti l-oħra tant li dawn kienu ser jaggreduh. Għalhekk hu ttieħed fil-guardroom. Wara hu ta s-salt u ħarab. Huwa ġie maqbud ftit wara f’Ħal Safi.  L-immigrant kien aggressiv mal-uffiċjali tas-sigurtà u assalthom. Wieħed minn dawn sofra gidma u numru ta' ġrieħi.  Skont il-proċedura stabbilita għall-immigranti li jinqabdu wara li jaħarbu, l-immigrant in kwistjoni ttieħed iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid għal vista taħt skorta stretta. It-tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa niżel jeżminah fil-vann u ċċertifikah mejjet.

Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.  Il-Maġistrat tal-Għassa Myriam Hayman kienet infurmata u ordnat li ssir inkjesta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  Tittella’ konferenza nazzjonali li tqajjem aktar għarfien u azzjoni kontra l-vjolenza domestika

PR262018

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA U L-MINISTERU G...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT U MILL-MINISTERU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IL-BENESSERI U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI  Minn 90 għal kważi 900 żagħżugħ u żagħżugħa fi tliet snin fid-Duke of Edinburgh’s International Award

PR262017

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT, MILL-MINISTERU G...

More Press Releases Right arrow